|
|||||||||||||||||||||||||||
Paġna ewlenija > Tagħrif dwar sustanzi Tagħrif dwar sustanzi |
|||||||||||||||||||||||||||
L-għan ta’ REACH (li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2007) hu li jitjieb il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent permezz ta’ l-identifikazzjoni bikrija ta’ karatteristiċi intrinsiċi ta’ sustanzi kimiċi u t-tagħrif dwar l-użu tagħhom. Il-leġiżlazzjoni ta’ qabel kienet tiddistingwi bejn “sustanzi eżistenti”, i.e. il-kimiċi kollha dikjarati li huma fis-suq f’Settembru 1981 u “sustanzi ġodda”, i.e. dawk imqiegħda fis-suq minn dik id-data. Sustanzi eżistenti ma kienux suġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ informazzjoni bħas-sustanzi ġodda. Bħala konsegwenza t’hekk, attawalment hemm nuqqas ġenerali ta’ tagħrif disponibbli għal pubbliku dwar il-karatteristiċi ta’ dawn is-sustanzi eżistenti filwaqt li l-għadd tagħhom jammonta għal aktar minn 99% tal-volum totali tas-sustanzi kollha fis-suq. Barraminhekk, utenti ‘downstream’ ma kienux meħtieġa jipprovdu informazzjoni dwar l-użu. Għalhekk hemm ukoll nuqqas ta’ informazzjoni dwar esponimenti. Sa l-1 ta’ Ġunju 2018 – id-dispożizzjonijiet REACH ikunu ddaħħlu gradwalment fuq perijodu ta’ ħdax-il sena – ser ikun hemm dokument, sottomess minn manifatturi u importaturi lill-Aġenzija Ewropea dwar il-Kimika, b’informazzjoni fuq il-karatteristiċi u l-użu, għal kull sustanza suġġetta għal reġistrazzjoni. Għandu jiġi nnotat li dan il-proċess ser isir bil-għan li t-testijiet jiġu ristretti, speċjalment it-testijiet fuq annimali vertebrati. Mekkaniżmi speċifiċi bħal kondiviżjoni ta’ dejta u l-espedjent intensifikat għal metodi mhux ittestjati fil-fatt ġew introdotti minn REACH.
|
|||||||||||||||||||||||||||