BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Obbligi ta’ l-utent > Kommunikazzjoni

Dover sabiex it-tagħrif jiġi kkomunikat ’l fuq u ’l isfel tal-katina ta’ provista

   
 

Taħt REACH utenti downstream għandhom jikkomunikaw ċertu tagħrif lill-attur li jmiss (li jista’ jkun distributur1) ‘l fuq u ‘l-isfel fil-katina tal-provista. Kull attur li jirċievi tagħrif bħal dan jista’ jkun meħtieġ li jgħaddih lill-katina tal provista.

L-għoti ta’ tagħrif Iil fornituri biex tinformhom dwar karatteristiċi perikolużi

Utent downstream ta’ sustanza jew ta’ preparazzjoni hu meħtieġ li jikkomunika tagħrif ġdid dwar karatteristiċi perikolużi lil fornitur immedjat tiegħu, minkejja l-użi konċernati. Tagħrif ‘ġdid’ ifisser tagħrif li mhux ikkomunikat lill utent downstream mill-fornitur tiegħu u li dan mhux disponibbli f’data bases pubbliċi jew fil-letteratura teknika. Dan it-tagħrif jista’ jikkonċerna jew sustanzi jew preparazzjonijiet. Madankollu m’hemmx tifsira preċiża f’REACH dwar dak li jikkostitwixxi tagħrif ġdid. Eżempji ta’ tagħrif ġdid jistgħu jkunu l-osservazzjonijiet ta’ l-effetti fuq is saħħet il-bniedem fuq il-lant tax-xogħol jew riżultati ta’ testijiet mwettqa mill-utent downstream.
L-utent downstream għandu mnejn ikun irid jikkomunika biss il-fatt li għandu tagħrif ġdid u r-riżultat. M’għandux għalfejn jgħaddi r-rapport tat-testijiet; jekk il-fornitur hu interessat li jikseb ir-rapport sħiħ ta’ l-istudju, l-utent downstream għandu mnejn ikun jixtieq jinnegozja l-kundizzjonijiet biex jipprovdi informazzjoni bħal din.
M’hemmx dati ta’ skadenza speċifiċi sabiex tagħrif bħal dan dwar perikli jiġi kkomunikat upstream. L-utent downstream għandu jagħmel hekk kif isir jaf li, meta mqabbel ma’ informazzjoni miġjuba mill-fornitur tiegħu, għandu informazzjoni ġdida.

L-utent downstream huwa meħtieġ ukoll biex jirraporta2 lill-Aġenzija Ewropea dwar Sustanzi Kimiċi jekk il klassifikazzjoni tas-sustanza tiegħu hiex differenti minn dik tal-fornitur tiegħu. Ir-raġuni għal differenzi fil klassifikazzjoni tista’ tkun l-użu ta’ tagħrif ġdid jew interpretazzjoni differenti għal data eżistenti. F’dan l-aħħar każ, l-utent downstream jeħtieġ biss jirraporta lill-Aġenzija.

L-għoti ta’ informazzjoni lil fornituri dwar riskji ġestiti xierqa

Utent downstream għandu jikkomunika lil fornitur tiegħu tagħrif li jista’ jpoġġi mistoqsijiet dwar il-miżuri xierqa rakkomandati biex jiġġestixxu r-riskju fl-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurta fornuta lilu (rakkomandazzjonijiet għal utenti identifikati biss). Dan ir-rekwiżit għandu x’jaqsam biss mal-punti prinċipali ta’l-iskeda ta’ tagħrif dwar is sigurtà kif ukoll ix xenarju(/i)3 ta’ espożizzjoni mogħtija fl-anness.
REACH ma jispeċifikax liema informazzjoni l-utent downstream għandu jgħaddi, jew f’liema format. L-utent downstream għandu jipprovdi informazzjoni biżżejjed biex jiġġustifika għala jikkonsidra li r-rakkomandazzjonijiet m’humiex biżżejjed. Jekk jikkonsidra l-miżuri bħala li mhumiex effettivi jew eċċessivament protetti, għandu jindika għala dan hu l-każ, forsi b’referenza għal kundizzjonijiet ta’ tħaddimi tiegħu stess u r-riżultati ta’ l-analiżi ta’ risku tiegħu. Jekk ir-rakkomandazzjonijiet jikkontradixxu l-klassifikazzjoni u t-tikkettar jew il-leġiżlazzjoni eżistenti, referenza għal dawn ikun biżżejjed.

Talbiet mgħoddija biex użu isir użu identifikat

Kull klijent professjonali għandu dritt jagħmel użu magħruf bil-kitba (fuq karta jew b’mod elettroniku) dwar sustanza jew preparazzjoni lil fornitur immedjat tiegħu bil-għan li jagħmel dan bħala użu identifikat. Dan hu partikolarment importanti għal sustanzi jew preparazzjonijiet li huma fornuti b’xenarju(/i) ta’ espożizzjoni3 (ara Konformità mal fuljett ta’ tagħrif dwar is-sigurtà). F’dawn il-każijiet, il-fornitur immedjat hu utent downstream, li jista’ jiddeċiedi jidentifika l-użu u jipprepara rapport dwar is-sigurtà kimika ta’ utent downstream għaliha jew jista’ jgħaddi t-talba ’l-attur li jmiss fil-katina ta’ provista. Jista’ wkoll jagħti parir kontra dan l-użu kemm-il darba ma jistax jidentifika kundizzjonijiet sikuri ta’ użu u jiddeċiedi li m’għandux juża dan fir-rapport ta’ sigurtà kimika tiegħu; imbagħad għandu jgħaddi din it-talba upstream jew ma jibqax ikompli jforni lil klijenti tiegħu.

L-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet għal miżuri biex jiġu kkontrollati r-riskji lil klijenti

Kull utent downstream għandu jipprovdi lil klijenti tiegħu informazzjoni dwar perikli, kundizzjonijiet ta’ sigurtà ta’ użu u rakkomandazzjonijiet xierqa dwar il-ġestjoni ta’ riskju għal sustanzi waħedhom, fi preparazzjonijiet jew f’oġġetti (ara Kommunikazzjoniijiet ‘l isfel fil-katina ta’ provista).

F’xi każijiet meta l-utent downstream jifformula preparazzjoni u jpoġġiha fis-suq, għandu mnejn ikun meħtieġ minnu li jikkonsolida jew jiżviluppa xenarju(/i) ta’ espożizzjoni 3,4 li jkopri użi ta’ sustanzi fil-preparazzjoni aktar ‘l isfel fil-katina tal-provista u sabiex jehmizhom ma’ l-iskeda ta’ data ta’ sigurtà tiegħu. Skedi ta’ data ta’ sigurtà ta’ preparazzjonijiet jista’ jkun fihom:

  • xenarju(/i) ta’ espożizzjoni relatat(i) mal-preparazzjoni,
  • xenarju(/i) ta’ espożizzjoni relatat(i) ma’ kull sustanza perikoluża li teħtieġ analiżi ta’ sigurtà kimika u xenarju(/i) ta’ espożizzjoni u li tinsab fil-preparazzjoni jew,
  • kemm xenarji ta’ espożizzjoni għall-preparazzjoni u għas-sustanza perikoluża individwali;

Għal klijenti li huma l-utenti aħħarin, il-formulatur jista’ jagħżel li jgħaqqad u jikkonsolida x-xenarji ta’ espożizzjoni li jkunu wasslu mingħand il-fornitur(i) tiegħu – u li jkopru s-sustanzi kollha jew uħud minnhom fil-preparazzjoni – f’xenarji ġodda ta’ espożizzjoni għall-preparazzjoni pjuttost milli jiġu mgħoddija biss. Madankollu, jekk il-formulatur jissuplixxi formulatur ieħor, l-għoti ta’ xenarji mingħajr tibdil jaf ikun l-għażla preferuta, peress li jipprovdi l-klijent b’tagħrif biżżejjed biex ikun jista’ jwettaq analiżi tas-sigurtà kimika, jew jekk meħtieġ jgħaqqad l-informazzjoni għall-utent aħħari. Fi kull każ, ix-xenarju(/i) ta’ espożizzjoni mogħti għandu jkun konsistenti ma’ l-informazzjoni provduta fil-punti prinċipali ta’ l-iskeda dwar is-sigurtà tad-data tal-preparazzjoni.
Meta jaslu x-xenarji ta’ l-espożizzjoni maqgħuda mingħand il-fornitur(i), il-formulatur għandu jagħżel dawk ta’ rilevanza għall-użi tal-preparazzjoni tiegħu. Għandu jidentifika s-sustanzi li jistabilixxu r-riskju tal-preparazzjoni għal kull rotta ta’ espożizzjoni bil-għan li jintgħażlu l-aktar miżuri xierqa għall-ġestjoni ta’ riskju.
Jekk il-kundizzjonijiet ta’ użu tiegħu jew il-kundizzjonijiet ta’ użu ‘l isfel fil-katina ta’ provista indikati mill-klijenti tiegħu mhumiex koperti, jista’ jagħmel analiżi ta’ sigurtà kimika għal utent downstream u jiżviluppa xenarju(/i) ta’ espożizzjoni għalihom


1. Distributur taħt REACH hu attur stabbilit fi ħdan il-Komunità li jaħżen u jqiegħed fis-suq sustanzi u preparazzjonijiet.
2. Rapport lill-Aġenzija mhux meħtieġ jekk l-utent downstream juża anqas minn tunnellatta metrika 1 kull sena tas-sustanza bħala tali jew li tinsab fil-preparazzjoni. Madankollu jekk ikun qagħad fuq l-eżenzjoni li jiżviluppa rapport ta’ sigurtà kimika għal utent downstream fuq bażi li hu juża anqas minn tunnellata metrika totali 1 tas-sustanza jew preparazzjoni kull sena, ikun meħtieġ li jirraporta l-klassifikazzjoni (utenti downstream għandu mnejn ikollhom bżonn jużaw rapport ta’ sigurtà kimika għal utent downstream meta l-użu huwa lil himm mill-kundizzjonijiet deskritti fl-anness ta’ l-iskeda tadad-data ta’ sigurtà li rċevew jew meta l-użu tagħhom mhux kopert b’dan l-anness).
3. Xenarju ta’ espożizzjoni jiddeskrivi kif sustanza (bħala tali, fi preparazzjoni jew f’oġġett) tiġi użata waqt iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħha u kif l-utent downstream jikkontrolla jew jirrakomanda l-espożizzjoni ta’ kontroll għal bniedem u l-ambjent. Hu jinkludi l-miżuri xierqa għall-ġestjoni tar-riskju u kundizzjonijiet ta’ tħaddim li, jekk implimentati sew jiżguraw li r-riskji mill-użu tas-sustanza huma kkontrollati b’mod adegwat. Xenarji ta’ espożizzjoni huma żviluppati fil-qafas ta’ xogħol ta’ analiżi dwar sigurtà kimika, għal sustanzi prodotti jew importati sa 10 tunnellati metriċi jew aktar kull sena u li jissodisfaw kull kriterju għal klassifikazzjoni bħala perikoluż (b’mod konformi ma’ Direttiva 67/548/KEE) jew analizzat li hu sustanza PBT (persistenti, bijoakkumulattiv u tossiku) jew sustanza vPvB (persistenti ħafna u bijoakkumulattiv ħafna - very persistent and very bioaccumulative) (b’mod konformi ma’ kriterji fl-Anness XIII ta’ REACH). Xenarji ta’ espożizzjoni li jkopru s-sustanzi kollha jew xi wħud minnhom fi preparazzjoni jistgħu jingħaqdu flimkien f’xenarju ta’ espożizzjoni wieħed għall-preparazzjoni.
4. L-ebda analiżi ta’ sigurtà kimika (u għalhekk xenarju ta’ espożizzjoni) mhu meħtieġ għal sustanzi li jinsabu fil-preparazzjoni taħt l-inqas livell ta’ riferiment ta’ konċentrazzjoni speċifikat f’artiklu 14(2) ta’ REACH.


Prévention du risque chimique, Franza, 2007
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).