BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Tagħrif dwar sustanzi > Rekwiżiti ta’ l-informazzjoni għar-reġistrazzjoni

Rekwiżiti għal informazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-dokument tekniku

   
 

Id-dokument tekniku fih tagħrif fuq il-karatteristiċi u l-klassifikazzjoni ta’ sustanza kif ukoll l-użi u l-gwida għal użu sikur.


Informazzjoni fuq il-karatteristiċi intrinsiċi ta’ sustanza lit rid tiġi reġistrata

Taħt REACH, registrantihuma obbligati li jiġbru l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-karatteristiċi intrinsiċi tas sustanza li trid tiġi reġistrata, minkejja l-kwantità manifatturata jew importata. Madankollu, it-tip u l-kwantità ta’ informazzjoni li hi meħtieġa bħala minimu biex tissodisfa l-obbligi tar-regolament ta’ REACH tiddependi fuq il kwantità li hi manifatturata jew importata fl-Unjoni Ewropea. L-Annessi VII sa X ta’ REACH jispeċifikaw ir rekwiżiti minimi ta’ data għal sustanza partikolari skond it-tunnellaġġ metriku tagħha.

 

DATA MEĦTIEĠA GĦAL KARATTERISTIĊI INTRINSIĊI GĦAR-REĠISTRAZZJONI

 

Tagħrif FK, tossikoloġiku u ekotossikoloġiku

Karatteristiċi fiżiko-kimiċi (FK)

Tagħrif tossikoloġiku u ekotossikoloġiku

Tagħrif FK, tossikoloġiku u ekotossikoloġiku

Tagħrif tossikoloġiku u ekotossikoloġiku

 

Data disponibbli rilevanti kollu

Rekwiżiti ta’ Anness VII

Rekwiżiti ta’
Anness VII

Rekwiżiti ta’
Anness VIII

Rekwiżiti ta’
Anness IX

Rekwiżiti ta’
Anness X

1-10.000000 t/y

 •1

 

 

 

10-100 t/y

 

 

100-1000.000000 t/y

 •2

 

≥ 1000 t/y

 •2

 •2

1. Fuq medda ta’ l-anqas tunnellaġġ (1 sa 10 t kull sena għal kull manifattur jew importatur), l-informazzjoni minima meħtieġa hi limitata għad-data fiżiko-kimika:
jekk is-sustanza hi "sustanza li tiġi introdotta gradwalment", i.e. sustanza li hi manifatturata jew importata diġà, taħt ċertu kundizzjonijiet, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ REACH fl-1 ta’ Ġunju 2007 u,
- jekk is-sustanza hi prevista li x’aktarx ma tissodisfax il-kriterji għal kategorija ta’ klassifikazzjoni 1 jew 2 għal karċinoġeniċità, mutaġeniċità jew tossiċità riproduttiva u l-kriterji ta’ PBT jew vPvP (PBT: persistenza, bijoakkumulattiva u tossika - vPvB: persisteni ħafna u bijoakkumulattiva ħafna) u,
- is-sustanza m’għandiex użu mxerred jew diffuż u hu previst li x’aktarx ma tissodisfax il-kriterja għal klassifikazzjoni għas-saħħa umana jew periklu ambjentali.
2. F’dan il-livell, ir-reġistrant għandu jissottometti proposta u skeda ta’ żmien biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ l-informazzjoni għal dan l-anness.


Hekk kif livell ġdid ta’ tunnellaġġ metriku jiġi milħuq, il-ħtiġijiet ta’ l-Anness korrispondenti li jmiss ta’ REACH għandu jiġi indirizzat.
Kolonna 1 ta’ l-Annessi VII sa X ta’ REACH tistabilixxi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni standard (ara tabella Rekwiżiti ta’ informazzjoni standard ta’ REACH). Dawn ir-rekwiżiti standard jistgħu madankollu jiġu adattati (rinunzjati jew miżjuda), meta ġustifikati b’mod xieraq. Għal kull wieħed mill-Annessi VII sa X ta’ REACH, il-kolonna 2 telenka regoli speċifiċi għal adattament (eż. espożizzjoni jew karatteristiċi ta’ periklu), li skond dawn ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni standard jistgħu jiġu modifikati.
Barra minn dawn ir-regoli speċifiċi, l-informazzjoni standard meħtieġa stabilita tista’ ukoll tiġi adattata skond ir regoli ġenerali li jinsabu f’Anness XI tar-regolament REACH eż. f’każijiet fejn testijiet mhumiex teknikament possibbli, jew inkella testijiet ma jidhrux li huma xjentifikament meħtieġa, jew msejsa fuq konsiderazzjonijiet ta’ espożizzjoni.


Informazzjoni dwar espożizzjoni

Informazzjoni dwar il-manifattura (jekk fi ħdan l-Unjoni Ewropea), l-użu, ġestjoni u rimi tas-sustanza (i.e. tkopri ċ ċiklu kollu tal-ħajja tas-sustanza) jew ta’ artikli li fihom tinstab is-sustanza, għandhom jinġabru sabiex jinkiseb tagħrif f’popolazzjonijiet u kompartamenti esposti, kif ukoll dwar in-natura ta’ l-espożizzjonijiet, i.e. passaġġ, frekwenza u tul (Anness VI ta’ REACH, sezzjonijiet 3 u 5 u, għal sustanzi fi kwantitajiet ta’ bejn 1 u 10 tunnellati metriċi kull sena kull reġistrant, Anness VI, sezzjoni 6).

Din l-informazzjoni hi gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni fuq il-karatteristiċi intrinsiċi ta’ sustanza partikulari: eż. jekk espożizzjoni limitata u kontrollata tajjeb fuq il-bniedem tkun qed iseħħ biss fuq il-lant tax-xogħol għal ftit jiem f’xahar, mhux bilfors huwa meħtieġ li jkun hemm studji ta’ tossiċità ripetuti fuq perijodu ta’ żmien twil.

Għal sustanzi manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta’ bejn 1 u 10 tunnellatti metriċi kull sena u għal kull manifattur/importatur, din l-informazzjoni tiġi użata biex tikkonkludi fuq l-użu mxerred jew diffuż tas-sustanza.

logo CNRS

Prévention du risque chimique, Franza, 2007
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).