BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Stima dwar sigurtà kimika

Stima dwar sigurtà kimika

   
 

REACH hu bażat fuq il-prinċipju li l-industrija għandha tipproduċi, timporta, tuża sustanzi jew tqegħdhom fis-suq b’mod li saħħet il-bniedem u l-ambjent ma jiġux affettwati b’mod avvers. Għalhekk, manifatturi u importaturi jeħtieġ li jiġbru jew jiġġeneraw tagħrif dwar is-sustanzi, u jassessjaw kif ir-riskji għal saħħet il-bniedem u l-ambjent jistgħu jiġu kkontrollati billi jiġu applikati miżuri adattati ta’ ġestjoni tar-riskju. Għas-sustanzi kollha li huma manifatturati jew importati f’volumi ugwali għal jew aktar minn 10 tunnellati metriċi kull sena, ikunu jeħtieġu li ssirilhom Stima ta’ Sigurtà Kimika (CSA) li tiġi ddokumentata f’Rapport ta’ Sigurtà Kimika (CSR). L-Istima tas-Sigurta Kimika għandha tindirizza lill-manifatur tas-sustanza u l-użi kollha identifikati tagħha. Is-CSR fih ġabra fil-qosor fid-dettall tat-tagħrif dwar kif is-sustanza tolqot saħħet il-bniedem u l-karatteristiċi li jistgħu jikkaġunaw ħsara lill-ambjent tas-sustanza flimkien ma’ stima dwar l-espożizzjoni għar-riskju fejn analiżi bħal din hi meħtieġa.

Atturi oħra għandhom mnejn ikollhom jippreparaw CSR:

  • Utenti downstream li jeħtieġ jew iridu jagħmlu s-CSA /CSR tagħhom;
  • Produtturi jew importaturi ta’ oġġetti li fihom sustanzi li huma maħsuba li jkunu rilaxxati mill-oġġett, jekk is-sustanza mhix diġà reġistrata għal dak l-użu. CSR hu meħtieġ jekk is-sustanza preżenti f’dawn l-artikli hi preżenti f’volumi ta’ aktar minn 10 tunnellati metriċi kull sena;
  • Manifatturi, importaturi jew utenti downstream qed jippreparaw CSA / CSR bħala parti mill-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni.

Taħt ċertu ċirkostanzi l-Istima tas-Sigurtà Kimika mhux meħtieġ li ssir:

  • għal sustanza li tkun preżenti f’taħlita f’konċentrazzjoni li tkun inqas minn ċertu limiti ta’ konċentrazzjoni;
  • għal fuq is-sit jew intermedjarji iżolati li jinġarru;
  • għal Prodott u Proċess Maħsub għal Riċerka u Żvilupp (PPORD);
  • meta l-użu tas-sustanza huwa diġà rregolat taħt leġiżlazzjoni speċifika u għalhekk is-sustanza hija eżentata minn reġistrazzjoni (eż. bijoċidi, pestiċidi, farmaċewtiċi).

L-istima tas-sigurtà kimika mhemmx għalfejn tindirizza riskji f’materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel jew fi prodotti kosmetiċi minn utenti aħħarin peress li dawn jiġu indirizzati taħt leġiżlazzjoni oħra dwar saħħet il-bniedem.

Stadji ta’ stima

Id-dijagramma "Il-Prinċipji tas-Sigurtà Kimika taħt REACH" tiġbor fil-qosor l-istadji ta’ CSA.

L-istima tas-sigurtà kimika ta’ sustanza għandha tinkludi l-istadji li ġejjin:

 

Kull reġistrant għandu jidentifika u japplika l-miżuri xierqa sabiex jikkontrolla b’mod xieraq ir-riskji identifikati fl-istima tas-sigurtà kimika, u meta jkun xieraq jirrakomandhom fil-fuljetti ta’ tagħrif ta’ sigurtà li hu jforni. Kull reġistrant, li jkun meħtieġ li jagħmel stima tas-sigurtà tal-kimika, għandu jżomm ir-rapport dwar is-sigurtà kimika tiegħu disponibbli u aġġornat.

 

CNRS

Prévention du risque chimique, Franza, 2007, 2010
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).