BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Stima dwar sigurtà kimika > Karatterizzazzjoni tar-riskji

Karatterizzazzjoni tar-riskji

   
 

Il-karatterizzazzjoni tar-riskju tieqaf mal-proċess tal-valutazzjoni tas-sigurtà kimika (CSA). Din isir għal kull xenarju ta' espożizzjoni taħt il-presunzjoni li l-miżuri deskritti dwar il-ġestjoni tar-riskju huma implementati, dan l-istadju jikkonċerna l-popolazzjonijiet umani u sferi ambjentali milquta. Jinkludi wkoll analiżi tar-riskju ambjentali globali.

Il-karatterizzazzjoni tar-riskji tikkonsisti fi:

Ir-riskju huwa meqjus bħala kontrollat ​​b'mod xieraq matul ħajjet is-sustanza jekk:

  • il-livelli ta' espożizzjoni stmat (ara Stima ta' esposizzjoni) huma aktar baxxi minn dak ta' DNEL jew PNEC, u
  • l-evalwazzjoni tal-probabbiltà u s-severità ta' każ li jista' jirriżulta mill-karatteristiċi fiżiko-kimiċi tas-sustanza.

Fil-każ li ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit DNEL jew PNEC, il-probabbiltà li jiġu evitati effetti meta jiġi implimentat ix-xenarju ta' espożizzjoni għandu jiġi stmat kwalitattivament. Barra minn hekk, għal sustanzi PBT u vPvB, il-manifatturi jew l-importaturi għandhom jużaw l-informazzjoni miġbura matul l-istadju ta' valutazzjoni tal-espożizzjoni biex jimminimizzaw l-espożizzjonijiet u l-emissjonijiet għall-bniedem u l-ambjent.

 

logo CNRS

Prévention du risque chimique, Franza, 2007, 2011
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).