
|
|||||||||||||||||||||||||||
| Paġna ewlenija > Għodod ta’ prevenzjoni > Klassifikazzjoni u tikkettar Klassifikazzjoni u tikkettar ta’ sustanzi u preparati |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Attwalment, hemm diversi sistemi ta’ klassifikazzjoni u tikkettar (KuT) differenti ta’ kimiċi użati madwar id dinja. L istess sustanza tista’ tiġi klassifikata bħala “tossika” fl-Istati Uniti, “dannuża” fl-Unjoni Ewropea u “mhux perikoluża” fiċ Ċina. Sabiex jiġi eliminat dan in-nuqqas ta’ qbil u sabiex tiġi rinforzata l-protezzjoni għal persuni u l ambjent fil pajjiżi kollha, ġie deċiż li tiġi żviluppata Sistema Globalment Armonizzata tal-klassifikazzjoni u l ittikkettar (Globally Harmonised classification and labelling System (GHS)) taħt l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Uniti. Il GHS ġie formalment adottat fl-2002 mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (UN ECOSOC) u ġie rivedut fl 2005 u l-2007.
Implimentazzjoni tal-GHS fl-UE Il-GHS hu sett ta’ rakkomandazzjonijiet internazzjonali. Għalhekk l-applikazzjoni tiegħu hu b’għażla. Imma bħal maġġoranza tal-pajjiżi, l-Unjoni Ewropea xtaqet li tagħmlu obbligatorju billi ddaħħlu fil-liġi tal-Komunità. Dettalji tal-implimentazzjoni tar-regolament CLP, li jinkludi fuljett li juri l-evoluzzjoni ta’ klassifikazzjoni u tikkettar għal sustanzi kimiċi, tinsab fit-taqsima ta’ prevenzjoni ta’ riskji kimiċi ta’ CNRS (English). Konsistenza b’REACH Ir-regolament CLP jinkludi l-emendi meħtieġa li jridu jsiru għal REACH u sabiex ċertu dispożizzjonijiet ta’ REACH jiġu trasferiti fuqu:
Peress li l-fuljetti ta’ tagħrif dwar is-sigurtà huma l-għodda prinċipali ta’ kommunikazzjoni taħt ir-regolament ta’ REACH, id-dispożizzjonijiet dwar fuljetti ta’ tagħrif dwar is-sigurtà jibqgħu hemm. Il-bidliet prinċipali introdotti bir-regolament ta’ CLP Ir-regolament isegwi t-terminoloġija GHS: it-terminu “sustanza” hu miżmum imma “preparat” hu sostitwit b’ “taħlita”; it-terminu “kategorija ta’ periklu” hu sostitwit b’“klassi ta’ dannu”. Il-klassi ta’ dannu tfisser in-natura ta’ dannu fiżiku, għas-saħħa jew l-ambjent. Ċertu klassijiet ta’ dannu jistgħu jinkludu divrenzjar, klassijiet oħra jistgħu jinkludu kategoriji ta’ dannu. Il-kriterji dwar klassifikazzjoni taż-żewġ sistemi, i.e. regoli użati biex jiddefinixxu li kimika tappartjeni għal klassi ta’ dannu u għal kategorija fi ħdan din il-klassi, jistgħu jvarjaw. Barraminhekk, bidliet f’valuri definiti u metodi ta’ kalkolazzjoni għal taħlitiet probabilment iwasslu biex aktar kimiċi jiġu kklassifikati taħt is-sistema ġdida. It-tikkettar taħt ir-regolament jinkludi elementi li, għal ħafna minnhom, huwa differenti minn dak attwalment użat fuq il-lantijiet tax-xogħol fl-Ewropa. Informazzjoni meħtieġa tkun l-identifikaturi tal-prodott, l identità tal-fornitur, piktogrammi dwar id-dannu, kliem b’sinjali, dikjarazzjonijiet ta’ dannu u dikjarazzjonijiet prekawzjonarji. Għal aktar tagħrif, ara l-elementi tat-tikketta għal danni fiżiċi, danni fuq is-saħħa u danni ambjentali. Transizzjoni bejn iż-żewġ sistemi Ir-regolament tipprovdi għall-koeżistenza tas-sistemi CLP attwali u waqt il-perijodu ta’ transizzjoni. Sal-1 ta’ Diċembru 2010, tikketti tas-sustanzi jridu jkunu mfassla b’mod konformi mas-sistema ġdida ta’ CLP imma l-klassifikazzjoni taħt is-sistema attwali għandha tiġi msemmija fil-fuljett ta’ tagħrif dwar is-sigurtà mal-ġdid. Sal-1 ta’ Ġunju 2015, intrapriżi inkarigati bit-tikkettar ta’ kimiċi huma liberi li jużaw wieħed miż-żewġ sistemi ta’ taħlitiet. Jekk tintuża s-sistema l-ġdida, it-tikketta trid tiġi preparata b’mod konformi magħha imma ż-żewġ klassifikazzjonijiet għandhom jingħataw fil-fuljett tat-tagħrif dwar is-sigurtà. Sal-1 ta’ Ġunju 2015, intrapriżi inkarigati bit-tikkettar ta’ kimiċi huma liberi li jużaw wieħed miż-żewġ sistemi ta’ taħlitiet.
|
|||||||||||||||||||||||||||