BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Għodod ta’ prevenzjoni > Skeda ta’tagħrif dwar is-sigurtà

Skeda ta’tagħrif dwar is-sigurtà (SDS)

   
 

Sabiex l-utenti kollha ta’ sustanzi waħedhom, fi preparazzjonijiet jew f’oġġetti ikollhom it-tagħrif meħtieġ għal manipulazzjoni sikura, l-informazzjoni tiġi trasmessa ‘l isfel fil-katina ta’ provista. Din għandha tippermetti lil min iħaddem jiddetermina jekk hemmx kimiċi perikolużi jew sustanzi ta’ tħassib preżenti fuq il-lant tax-xogħol, u sabiex janalizza kull riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jiġi minn dan l-użu. L-għodda ewlenija għal din il komunikazzjoni hi l-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà. Meta mhux meħtieġa, informazzjoni rilevanti oħra għandha tiġi provduta biex tippermetti lil utenti downstream jidentifikaw u jieħdu miżuri xierqa għal ġestjoni ta’ riskju.

fds

Sustanzi jew preparazzjonijiet koperti fl-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà

Il-fornitur ta’ sustanza jew ta’ preparazzjoni għandu jipprovdi skeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà:

  • meta sustanza jew preparazzjoni tissodisfa l-kriterji għal klassifikazzjoni bħala perikoluża b’mod konformi mad-direttivi 67/548/KEE jew 1999/45/KE1;
  • meta sustanza hi persistenti, bijoakkumulattiva u tossika (PBT) jew persistenti ħafna u bijoakkumulattiva ħafna (vPvB), b’mod konformi mal-kriterji stabbiliti f’Anness XIII ta’ REACH;
  • meta sustanza hija preżenti fil-lista ta’ kandidati għal inklużjoni eventwali fl-Anness XIV ta’ REACH (sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni).
Il-fornitur għandu jittrasmetti wkoll skeda ta’ tagħrif tas-sigurtà meta preparazzjoni ma tissodisfax il-kriterji għal klassifikazzjoni bħala perikoluża, imma fiha:
  • talanqas sustanza waħda li tista’ tkun ta’ periklu għal saħħet il-bniedem jew ta’ periklu għall-ambjent f’konċentrazzjoni individwali ta’ ≥ 1% ta’ piż għal preparazzjonijiet li mhumiex gassijiet u ≥ 0.2% ta’ volum għal preparazzjonijiet ta’ gassijiet;
  • talanqas sustanza waħda li hi persistenti, bijoakkumulattiva u tossika (PBT) jew persistenti ħafna u bijoakkumulattiva ħafna (vPvB), b’mod konfirmi ma’ kriterji stabbiliti f’Anness XIII ta’ REACH f’konċentrazzjoni individwali ta’ ≥ 0.1 % ta’ piż għal preparazzjonijiet li mhumiex gassijiet;
  • sustanza preżenti fil-lista ta’ kandidati għal inklużjoni eventwali fl-Anness XIV ta’ REACH (sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni) f’konċentrazzjoni individwali ta’ ≥ 0.1% ta’ piż għal preparazzjonijiet li mhumiex gassijiet;
  • sustanza fejn hemm limiti ta’ espożizzjoni tal-Komunità għaliha fuq il-lant tax-xogħol.

Nota:
Għajr meta mitlub minn utent downstream jew fornitur, l-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà ma jiġix fornut meta sustanzi jew preparazzjonijiet perikolużi jiġu offruti jew mibjugħa lill-pubbliku ġenerali u jkunu provduti b’biżżejjed tagħrif li jippermetti ‘l utenti jieħdu l-miżuri meħtieġa dwar saħħet il-bniedem, is-sigurtà u l-ambjent.

Tagħrif provdut fl-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà

L-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà fih 16-il titlu: għal aktar tagħrif, ara d-dokumenti Is-16-il titlu ta’l-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà u Jien naqra l-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà. Meta rapport ta’ sigurtà kimika ikun twettaq bħala parti mill-proċedura ta’ rġistrazzjoni, ix-xenarji ta’ epożizzjoni (għal utenti identifikati) korrispondenti għandhom jitqegħdu f’anness tal-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà. L-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà għandu jiġi fornut fil-lingwa uffiċjali tal-pajjiż tal-Istat(i) Membru(/i) meta s-sustanza jew preparazzjoni titqiegħed fis-suq, kemm-il darba l-Istat(i) Membru(/i) konċernat jiddeċiedi mod ieħor. Għandu jiġi provdut mingħajr ħlas fuq karta jew b’mod elettroniku. Il-fornituri għandhom jaġġornaw l-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà mingħajr dewmien fl-okkażjonijiet li ġejjin:

  • hekk kif informazzjoni ġdida rigward miżuri ta’ ġestjoni ta’ riskju jew perikli ikunu disponibbli;
  • ġaladarba awtorizzazzjoni tkun ingħatat jew ġiet rifjutata;
  • ġaladarba restrizzjoni tkun ġiet imposta.

Il-verżjoni l-ġdida, identifikata bħala ‘Reviżjoni: (data)’, għandha tingħata mingħajr ħlas fuq karta jew b’mod elettroniku lil dawk kollha lir-riċevitturi kollha ta’ qabel, li ġew fornuti fl-aħħar 12-il xahar. Kull aġġornament wara r-reġistrazzjoni tas-sustanza għandu jinkludi l-kodiċi ta’ reġistrazzjoni.

Tagħrif dwar sustanzi jew preparazzjonijiet li għalihom l-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà mhux meħtieġ

Kull fornitur ta’ sustanza waħedha jew fi preparazzjoni li ma jittrasmettiex l-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà, għandu jipprovdi lir-riċevitur bl-informazzjoni li ġejja:

  • indikazzjoni ta’ jekk is-sustanza hiex suġġetta għal awtorizzazzjoni u dettalji ta’ kull awtorizzazzjoni mogħtija jew miċħuda f’din il-katina ta’ provista;
  • dettalji ta’ kull restrizzjoni imposta;
  • kull tagħrif disponibbli u rilevanti ieħor dwar is-sustanza, meħtieġ għal ġestjoni ta’ miżuri dwar riskji xierqa li jridu jiġu identifikati u applikati. Dan jinkludi kundizzjonijiet speċifiċi dikjarati mir-reġistrant fil-fajl ta’ reġistrazzjoni li ma kienux jippermettulu jagħmel xi testijiet meħtieġa b’REACH;
  • il-kodiċi(jiet) ta’ reġistrazzjoni (s), jekk disponibbli, għal kull sustanza li għaliha l-informazzjoni tiġi komunikata taħt il-punti t’hawn fuq.

Din l-informazzjoni għandha tingħata mingħajr ħlas fuq karta jew b’mod elettroniku u għandha tiġi aġġornata kemm-il darba ikun hemm bżonn taħt l-istess proċedura bħal tal-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà.

Tagħrif dwar sustanzi f’oġġetti

Kull fornitur ta’ oġġetti li fihom sustanza preżenti fil-lista ta’ kandidati għal inklużjoni eventwali fl-Anness XIV ta’ REACH (sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni), f’konċentrazzjoni ‘l fuq minn 0.1 % piż għal piż għandhom jipprovdu lir-riċevitur professjonali tal-artiklu b’informazzjoni suffiċjenti (talanqas b’isem is-sustanza), sabiex jippermetti użu sikur tal-artiklu.

L-informazzjoni rilevanti għandha tiġi provduta, mingħajr ħlas, lil konsumatur fuq talba tiegħu, fi żmien 45 jum mill wasla tat-talba. Għal stampa globali, jekk jogħġbok ara Kommunikazzjoni ‘l isfel fil-katina ta’ provista.

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-klassifikazzjoni, ippakkjar u t-tikkettar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata b’Direttiva 2006/121/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850). Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l-approsimazzjoni taliġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati mal-klassifikazzjoni, imballaġġ u tikkettar ta’ preparazzjonijiet perikolużi. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata b’Direttiva 2006/8/KE (ĠU L 200, 24.01.2006, p. 12). Dawn id-direttivi għandhom jiġu revokati bir-regolament Nru 1272/2008 b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2015.



logo CNRS

Prévention du risque chimique, Franza, 2007, 2009
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).