BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Stima dwar sigurtà kimika > Stima ta’ l-espożizzjoni

Stima ta’ l-espożizzjoni

   
 

Il-valutazzjoni ta' espożizzjoni tikkonsisti mill-istima tad-doża (jew konċentrazzjoni) tas-sustanza li għaliha l-bniedem u l-ambjent jistgħu jkunu esposti. Din tikkonċerna ċ-ċiklu ta' ħajjet is-sustanza, mill-manifattura għall-użi differenti identifikati. Din tinvolvi żewġ stadji ċari:

  1. Ġenerazzjoni ta' xenarj(u/i) ta' espożizzjoni (ES) jew ta' użu rilevanti u l-kategoriji ta' espożizzjoni.
  2. Stima ta' espożizzjoni.

Għal sustanzi mqiegħda fis-suq, ix-xenarj(u/i) ta' espożizzjoni relevanti (i) u s-sommarju tal-istima ta' espożizzjoni għandhom ikunu inklużi fl-anness għall-fuljett ta' tagħrif dwar is-sigurtà (SDS). Hemm format standard għall-xenarj(u/i) mehmuża mal-SDS.

Żvilupp ta' xenarji ta' espożizzjoni

Xenarji ta' espożizzjoni jiddeskrivu kif is-sustanza tiġi fabbrikata jew użata u kif għandhom jiġu kontrollati espożizzjonijiet għall-bniedem u l-ambjent. Dan jinkludi kemm il-kondizzjonijiet operattivi u miżuri ta' ġestjoni tar-riskju implimentati mill-manifattur, l-importatur jew l-utenti downstream. Dawn aktar tard ser ikunu r-reċipjenti prinċipali ta' ES u għandhom jivverifikaw l-konformità tal-ħtiġijiet tagħhom dwar il-kondizzjonijiet deskritti għall-użu.

Il-livell meħtieġ ta' dettall għal ES jista' jvarja sostanzjalment minn każ għal każ, skont l-użu ta' sustanza, karatteristiċi perikolużi tagħha u l-ammont ta' tagħrif disponibbli.

Xenarji ta' espożizzjoni jistgħu jiddeskrivu l-miżuri ta' ġestjoni xierqa għal diversi proċessi jew użi individwali ta' sustanza. F'dan il-każ, dawn jistgħu jkunu referuti bħala "Kategoriji ta' Espożizzjoni".

Peress li l-proċess dwar il-valutazzjoni tas-sigurtà kimika (CSA) jista' jkun iterattiv, jiġi żviluppat l-ewwel xenarju ta' espożizzjoni grazzi għall-preżunzjonijiet inizjali dwar il-kondizzjonijiet operattivi u miżuri ta' ġestjoni tar-riskju. L-ewwel valutazzjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni disponibbli dwar il-periklu u fuq l-istima ta' espożizzjoni li tikkorrispondi max-xenarju inizjali. Jekk il-karatterizzazzjoni tar-riskju inizjali tindika li r-riskji mhumiex kontrollati b'mod xieraq, il-valutazzjoni għandha tkun raffinata sal-iterazzjoni. Tagħrif dwar il-periklu addizzjonali, bidla fil-kondizzjonijiet operattivi jew fil-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju jew stima aktar preċiża dwar espożizzjoni jistgħu jkunu meħtieġa biex jintlaħaq kontroll xieraq tar-riskji. Ix-xenarju miksub wara l-iterazzjoni aħħarija, jiġifieri l-"xenarju ta' espożizzjoni finali", għandu jiġu inkluż fir-rapport tas-sigurtà kimika (CSR).

Stima ta' espożizzjoni

L-istima ta' espożizzjoni, titwettaq għal kull xenarju li jkun żviluppa u deskritt fis-CSR, u tinvolvi t-tliet elementi li ġejjin:

  1. Stima tal-emissjoni
    L-emissjonijiet matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza bħala tali u bħala parti minn oġġetti għandhom jitqiesu, inklużi dawk dovuti għall-istadju fl-iskart. Din l-istima għandha ssir taħt il-preżunzjoni li l-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju u kondizzjonijiet operattivi deskritti fix-xenarju ta' espożizzjoni ġew implementati.
  2. Stima tad-destin kimiku u mogħdijiet
    Proċessi possibbli ta' degradazzjoni, trasformazzjoni jew reazzjoni għandhom ikunu kkaratterizzati. Barra minn hekk, id-destin ambjentali u d-distribuzzjoni għandhom jiġu stmati.
  3. Stima ta' livelli ta' espożizzjoni
    Livelli ta' espożizzjoni għandhom jiġu stmati għall-popolazzjonijiet umani (ħaddiema, konsumaturi esposti b'mod indirett permezz tal-ambjent) u għall-isferi ambjentali li jistgħu jiġu esposti. Kull rotta ta' espożizzjoni għandha tiġi indirizzata (teħid man-nifs, mill-ħalq, mill-ġilda u b'mod ikkombinat). Tali stimi għandhom jikkonsidraw varjazzjonijiet spazjali u temporali fil-mudell ta' espożizzjoni.

Jekk tagħrif imkejjel ta' espożizzjoni huwa disponibbli u rappreżentattiv, dawn għandhom ikunu kkunsidrati b'mod speċjali. Iżda mudelli xierqa jew tagħrif ta' monitoraġġ relevanti minn sustanzi analogi jistgħu wkoll jgħinu fil-valutazzjoni ta' espożizzjoni.

 

Logo CNRS

Prévention du risque chimique, Franza, 2007, 2011
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).