BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Obbligi ta’ l-utent

Obbligi ta’ l-utent

   
 

L-obbligi ta’ kumpanija taħt REACH jiddependu mill-attività eżatta mwettqa fir-rigward ta’ sustanza speċifika jew bħala sustanza waħedha, fi preparat jew f’artikolu. Għalhekk, utent professjonali ta’ kimiċi għandu l-ewwel jidentifika r-rwol(i) tiegħu taħt REACH għal kull sustanza li juża sabiex ikun jista’ jkun f’pożizzjoni li jidentifika l obbligi tiegħu.


Identifikazzjoni tar-rwoli taħt REACH

REACH tagħmel distinzjoni fost l-atturi differenti fil-katina ta’ provvista bejn manifatturi, importaturi, utenti downstream u distributuri (li jinkludu bejjiegħa bl-imnut u fornituri għal ħżin).

Utent downstream hu mfisser f’Artikolu 3(13) ta’ REACH bħala “kull persuna naturali jew legali stabilit fi ħdan il Komunità, li mhux il-manifattur jew l-importatur, li juża sustanza, jew hu waħdu jew bħala preparat, fit-twettieq ta’ l-attivitajiet industrijali jew professjonali tiegħu. Distributur jew konsumatur mhuwiex utent downstream.” Ħafna tipi differenti ta’ kumpaniji jistgħu jkunu utenti downstream, li jinkludu formulaturi ta’ preparazzjonijiet, utenti industrijali, ħaddiema tas-snajja’, lantijiet tax-xogħol u fornituri tas-servizzi jew re-fillers.
L-ewwel kundizzjoni biex utent jiġi meqjus bħala utent downstream b’mod konformi ma’ REACH hu billi jixtri sustanzi u/jew preparati minn fornitur1 ta’ l-UE jew fornitur li mhux ta’ l-UE li għandu “rappreżentant biss”2. L-utent jista’ ukoll jimporta mill-ġdid sustanzi (bħala talin jew fi preparati) li oriġinarjament kienu prodotti fl-UE u reġistrati fl-istess katina ta’ provvista. Kundizzjonijiet oħrajn iqiesu l-attivitajiet differenti possibbli ta’ utenti. Dawn huma mogħtija fit-tabella t’hawn isfel.

Negozju

Attivitajiet

Kundizzjonijiet oħra li jridu jiġu konsidrati bħala
utent downstream taħt REACH

Formulatur

Il-kumpanija tħallat sustanzi u/jew preparati biex tagħmel preparati li jitpoġġew fis-suq.

L-ebda reazzjoni kimika ma sseħħ waqt it-taħlit. Eżempju:
Meta tħoll sustanza mhux qed tipproduċi sustanza imma użu. Madankollu, meta tħallat aċidu ma’ bażi li jirriżulta f’sustanza ġdida (melħ) li jiġi mpoġġi fis-suq hu kkonsidrat bħala produzzjoni u l-kumpanija hija l-manifattur.

Produttur ta’ l artikli

Il-kumpanija tinkorpora sustanzi u/jew preparati f’oġġetti u dawn isiru parti integrali minn oġġett bħal dan (fil-kuntest ta’ proċess industrijali jew attività professjonali).

Jekk is-sustanza tkun preżenti f’dawk l-artikli fi meta magħduda flimkien tittotalizza aktar minn tunnellata metrika għal kull produttur kull sena u hi maħsuba li tiġi rilaxxata taħt kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli għal użu, għandha tkun ġiet reġistrata diġà għal dak l-użu.

Jekk is-sustanza hija identifikata għall-inklużjoni eventwali f’Anness XIV ta’ REACH (lista ta’ sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni) u,

  1. hi preżenti f’dawk l-oġġetti fi kwantitajiet li magħduda flimkien jittotalizzaw aktar minn tunnellata metrika kull produttur kull sena u,
  2. hi preżenti f’dawk l-oġġetti b’konċentrazzjoni ’l fuq minn 0.1% piż għal piż u,
  3. l-espożizzjoni għal bniedem u l-ambjent ma tistax tiġi eskluża waqt kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli ta’ użu li jinkludi r-rimi,

is-sustanza għandha tkun ġiet reġistrata diġà għal dak l-użu.

L-utent aħħari

Il-kumpanija tuża sustanzi u preparati fil-kuntest ta’ proċess industrijali jew attività professjonali. Ma tfornihomx aktar downstream.

Sustanzi li jirriżultaw minn reazzjoni kimika li sseħħ malli sustanzi jiġu eżentati, fil-prinċipju, fir-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni (REACH Anness V).

Re-filler

Dan il-parteċipant jittrasferixxi sustanzi jew preparati minn reċipjent wieħed għal ieħor.
Dan it-trasferiment (ippakkjar mill ġdid) hu konsidrat bħala użu taħt REACH.

 

Kull meta l-kundizzjonijiet t’hawn fuq ma jiġux sodisfatti, attur li juża kimiċi hu konsidrat taħt REACH bħala manifattur jew importatur ta’ sustanzi/preparati jew produttur/importatur ta’ oġġetti, skond l-attivitajiet tiegħu. Hu jista’ jkun meħtieġ li jirreġistra jew jinnotifika sustanzi barra mill-obbligi relatati ma’ l-użu tagħhom.

Taħt REACH, parteċipanti oħra fil-katina ta’ provvista huma d-distributuri. Dawn kemm jaħżnu u jagħmlu sustanzi, preparati u/jew artikli disponibbli lil terzi mingħajr aktar ipproċessar. L-għan ewlieni tagħhom taħt REACH hu li jittrasmettu informazzjoni ’l fuq jew ’l isfel fil-katina ta’ provvista.


Obbligi ta’ utenti downstream

Taħt REACH, hemm obbligi li japplikaw biss għal tipi speċifiċi ta’ utenti downstream. Dan jiddependi min-negozju fil-katina ta’ provvista u l-attività mwettqa. It-tabella li ġejja tidentifika l-obbligi possibbli relatati ma’ attivitajiet differenti.

Tip ta’ utenti downstream

Obbligi

Formulaturi jew re-fillers biss

Sustanzi li jpoġġu fis-suq għandhom ikunu sustanzi reġistrati jekk ir-reġistrazzjoni hi meħtieġa (ir-reġistrazzjoni hi d-dover ta’ manifatturi u importaturi).

Għandhom jipprovdu informazzjoni aġġornata lil klijenti (utenti downstream jew distributuri) li jippermetti l-użu sikur ta’ sustanzi jew preparati: Fuljetti ta’ tagħrif dwar is-sigurtà jew tagħrif ieħor meta fuljett ta’ tagħrif dwar is-sigurtà mhux meħtieġ.

Produtturi ta’ oġġetti biss

Għandhom jipprovdu tagħrif lil klijenti (utenti downstream jew distributuri) ta’ oġġetti li fihom sustanza(/i) identifikata għal inklużjoni eventwali f’Anness XIV ta’ REACH li hi aktar minn 0.1% w/w u jekk mitlub, lil konsumaturi.
Nota: peress li dawn is-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna għadhom mhumiex elenkati, produtturi ta’ oġġetti għandhom ikunu attenti u jsegwu kull żvilupp fil-futur dwar dan is-suġġett.

Re-importaturi biss

Għandhom jiddokumentaw li dik is-sustanza(/i) hi l-istess bħal dik reġistrata minnhom stess jew parteċipant ieħor fl-istess katina ta’ provvista.

Kull utent downstream

Għal sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni, għandhom jikkonformaw mal kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni li jkopru l-użu speċifiku. L-utent downstream għandu mnejn jeħtieġ japplika għal awtorizzazzjoni jekk l-użu tiegħu mhux kopert b’awtorizzazzjoni mogħtija mill-fornitur tiegħu.

Għandhom jivverifikaw il-konformità ma’ kull restrizzjoni fuq is-sustanza.

Għandhom jidentifikaw u japplikaw il-miżuri xierqa biex jiġu kontrollati r-riskji mħabbra fil-fuljett ta’ tagħrif dwar is-sigurtà jew permezz ta’ informazzjoni oħra meta fuljett tat-tagħrif dwar is-sigurtà mhux meħtieġ.

Għandhom jikkonformaw ma’ xenarju ta’ espożizzjoni meta l-fuljett tat-tagħrif dwar is-sigurtà li jasal jinkludi dan l-element u ħu aktar azzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

Għandhom jinfurmaw lil fornituri dwar kull tagħrif ġdid fuq il-perikli tas-sustanza, li jinkludi klassifikazzjoni u tikkettar.

Għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni lil fornituri li jafu jitolbu dwar kemm huma xierqa l-miżuri ta’ ġestjoni ta’ riskju mogħtija fil-fuljett tat-tagħrif dwar is-sigurtà għal użu identifikat.

Barraminhekk, il-biċċa l-kbira tar-rekwiżiti legali attwali li japplikaw dwar l-użu ta’ kimiċi, pereżempju dawk relatati mal-protezzjoni ta’ ħaddiema, konsumaturi u l-ambjent, jibqgħu japplikaw flimkien ma’ REACH.

1. Fornituri ta’ l-UE huma stabiliti fl-UE f’wieħed minn 27 stat membru. Fornituri mill-Iżvizzera mhumiex fornituri ta’ l-UE. Fornituri fin-Norveġja, L-Iżlanda u Liechtenstein ikunu konsidrati bħala fornituri ta’ l-UE kemm-il darba dawn il-pajjiżi jkunu implimentaw REACH.
2. Rappreżentant biss guwa persuna naturali jew legali stabilita fl-UE li hi maħtura minn produttur ta’ sustanza, preparat jew oġġett li mhix fl-UE, sabiex tissodisfa l-obbligi ta’ reġistrazzjoni fuq importaturi.

Prévention du risque chimique, Franza, 2007
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).