BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Għodod ta’ prevenzjoni > Awtorizzazzjoni dwar l-użu

Awtorizzazzjoni dwar l-użu

   
 

Il-proċess t'awtorizzazzjoni ta' REACH għandu jippermetti biex jiġu kontrollati riskji li jinħolqu minn sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHC) minħabba l-effetti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent u biex jippromwovu sostituzzjoni progressiva tagħhom minn alternattivi xierqa. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni huwa obbligatorju għal sustanza li titqiegħed fis-suq jew li tintuża inkluża f'Anness XIV, waħidha jew li tinsab f'taħlita jew f'oġġett.

Identifikazzjoni ta' sustanzi

Il-proċess t'awtorizzazzjoni ta'REACH jibda bl-identifikazzjoni ta' sustanzi meqjusa bħala ta' tħassib kbir ħafna minħabba karatteristiċi intrinsiċi tagħhom1. Għal kull sustanza konċernata, ECHA tipprepara l-inkartament skont l-Anness XV, tippubblika avviż li s-sustanza ġiet identifikata għall-inklużjoni eventwali fl-Anness XIV u mbagħad tirreġistrah fil-lista ta' kandidati. ECHA mbagħad tibgħat lil Kummissjoni Ewropea rakkomandazzjoni għall-inklużjoni ta' sustanzi prijoritarji bi proprjetajiet b'PBT2 jew vPvB3 proprjetajiet, użu mxerred ħafna jew volumi kbar. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk għandhiex tinkludi jew le sustanza kandidat f'Anness XIV, jiġifieri fil-lista ta' sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni.

Kontenut ta' Anness XIV

Anness XIV jiġi bħala tabella fejn jiġi nnotat b'mod partikolari l-identità tas-sustanza, il-karatteristiċi intrinsiċi li jkunu wasslu għall-inklużjoni u l-arranġamenti transitorji. Xi użi jew kategoriji ta' użi jista' wkoll jiġi nnutati bħala eżentati mir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni. Fl-aħħar, Anness XIV jista' jindika perjodi ta' reviżjoni għal ċertu użi.

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjonijiet u l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet

Għal kull tqegħid fis-suq jew l-użu ta' sustanza inkluża fil-lista tal-awtorizzazzjoni (Anness XIV), il-manifatturi, l-importaturi jew l-utenti 'downstream' għandhom jagħmlu applikazzjoni għal awtorizzazzjoni lil ECHA billi jispeċifikaw l-użu kkonċernat u li jinkludi rapport dwar is-sigurtà kimika (CSR) u analiżi tal-alternattivi u tar-riskji possibbli tagħhom. Barra minn hekk, trid titħallas miżata għall-applikazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, trid titħallas miżata għall-applikazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni.

Il-Kumitati għall-Istima tar-Riskji u l-Analiżi Soċjo-ekonomika jikkunsidraw l-applikazzjoni u jifformulaw abbozzi ta' opinjonijiet. Imbagħad l-ECHA tibgħat l-opinjonijiet finali tagħha lil Kummissjoni, l-Istati Membri u lill-applikant. Il-Kummissjoni finalment tiddeċiedi jekk tagħtix l-awtorizzazzjoni jew le.

Awtorizzazzjoni tista' tingħata biss għal użu ta' sustanza jekk jintwera li r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent huwa kkontrollat ​​b'mod adegwat jew li benefiċċji soċjo-ekonomiċi jisbqu r-riskji u li l-ebda alternattiva xierqa ma tkun teżisti. L-awtorizzazzjoni tispeċifika b'mod partikolari il-persun(a/i) li lilha tkun ingħatat, l-identità tas-sustanza, l-użu awtorizzat(/i) u kull kundizzjoni possibbli. Kull awtorizzazzjoni għandha numru ta' riferiment li d-detentur jew l-utenti 'downstream' għandhom jinkludu fuq it-tikketta tas-sustanza jew tat-taħlita li hi tkun fih qabel ma jitpoġġaw fis-suq. Kull utent downstream ta' sustanza soġġetta għal awtorizzazzjoni mogħtija (ara s-Sustanzi li jistgħu jintużaw) għandu jinnotifika lil ECHA li żżomm aġġornat reġistru tal-utenti downstream tas-sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni.

 

1. Skont l-artikolu 57, SVHC huma sustanzi bkaratteristiċi ta' karċinoġeniċità. mutaġeniċità jew b'tossiċità għar-riproduzzjoni, sustanzi PBT/vPvB (jissodisfaw il-kriterji ta' Anness XIII jew identifikati fuq bażi ta' każ b'każ) u jxekklu s-sistema endokrinali.
2. PBT: persistenti, bijoakkumulabbli u tossiċi.
3. vPvB: persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna.

 

Logo CNRS

Prévention du risque chimique, Franza, 2007, 2011
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).