BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Obbligi ta’ l-utent > Sustanzi li jintużaw

Sustanzi li jistgħu jintużaw u jitqegħdu fis-suq

   
 

Fost l-obbligi li utent downstream jista’ jiffaċċja taħt REACH, għandu l-ewwel jiċċekkja jekk hux permess jew le li jpoġġi fis-suq sustanza partikolari.

Sustanzi suġġetti għal reġistrazzjoni

Taħt REACH, utenti downstream m’għandhomx jużaw u jpoġġu fis-suq xi sustanza li mhix reġistrata jekk reġistrazzjoni hi meħtieġa. Dan ifisser li l-prodotti użati u mqegħda fis-suq għandu jkun fihom biss sustanzi li:

  • huma manifatturati/importati mill-manifattur jew l-importatur f’ammonti ta’ anqas minn tunnellata metrika 1 kull sena, jew
  • huma eżentati minn REACH jew speċifikament mir-reġistrazzjoni, jew li
  • kienu (jew ser ikunu) reġistrati minn qabel1 u għandhom data ta’ skadenza għar-reġistrazjoni aktar tard, jew
  • ġew irreġistrati2.

Dan japplika għal sustanzi waħedhom, dawk fi preparazzjonijiet u dawk li huma maħsuba biex jiġu rilaxxati minn artikli3 taħt kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli għal użu. Fil-prattika, l-utent downstream għandu jaċċerta ruħu li l-fornitur tiegħu huwa konxju dwar REACH u jikkonforma mar-rekwiżiti tiegħu. Jekk il fornitur hu distributur jew utent downstream ieħor, għandu jgħaddi din it-talba lill-attur li jmiss fil-katina ta’ provista. J ekk hemm għadd kbir ta’ sutanzi kkonċernati, jista’ ma jkunx vijabbli li jiġu kkuntattjati għadd kbir ta’ fornituri f’daqqa, għalhekk l-utent downstream għandu mnejn ikun jixtieq jiffoka r-riżorsi tiegħu l-ewwel fuq l-aktar sustanzi importanti. Imma dan ifisser li l-użu ta’ sustanzi oħra jistgħu jkunu f’riskju minħabba n-nuqqas ta’ konformità ma’ REACH.

Substanzi suġġetti għal notifikazzjonini

Sustanzi użati għall-iskopijiet ta’ prodotti u riċerka u żvilupp orjentati għal proċess (product and process orientated research and development (PPORD)) jistgħu jirċievu eżenzjoni minn reġistrazzjoni jekk ikunu notifikati lill Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. Din l-eżenzjoni tapplika għal 5 snin u tista’ tiġi estiża għal 5 snin oħra (10 snin fil-każ ta’ prodotti mediċinali jew sustanzi li ma ġewx imqegħda fis-suq) fuq talba, kemm-il darba din tista’ tiġi ġġustifikata bil-programm ta’ riċerka u żvilupp. L-eżenzjoni tapplika biss għal kwantità ta’ sustanza użata għall-iskopijiet ta’ PPORD mill-manifattur jew importatur innifsu jew f’kooperazzjoni ma’ għadd limitat ta’ klijenti elenkati. L-Aġenzija tista’ tiddeċiedi li timponi kundizzjonijiet biex tiżgura li s-sustanza tiġi manipulata biss minn personal ta’ klijenti elenkati f’kundizzjonijiet raġonevolment ikkontrollati u li l-kwantitajiet li jibqgħu jiġu miġbura mill-ġdid għar-rimi wara l-perijodu ta’ eżenzjoni. Utent downstream ta’ sustanza, li hu elenkat bħala wieħed mill-klijenti magħżula li miegħu l-manifattur jew importatur jikkoopera f’notifikazzjoni PPORD għandu juża s-sustanza għall-iskop ta’ PPORD u fi ħdan kull kundizzjoni stabilita mill-Aġenzija u kkomunikata lilu mill-fornitur tiegħu.

Tip ieħor ta’ notifikazzjoni tikkonċerna xi sustanzi ta’ tħassib preżenti f’oġġetti. Jekk sustanza hi identifikata għal inklużjoni eventwali f’Anness XIV ta’ REACH (lista ta’ sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni) u hi preżenti fi kwantitajiet t’ammonti li t-total tagħhom jaqbeż tunnellata metrika fis-sena fl-oġġetti kollha manifatturati mill produttur, f’konċentrazzjoni ta’ aktar minn 0.1% piż għal piż - jekk ma jkunx diġà reġistrat għal dak l-użu - is sustanza għandha tiġi notifikata (ħlief meta l-espożizzjoni għal bniedem jew l-ambjent tista’ tiġi eskluża waqt kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli għal użu li jinkludi r-rimi). Sabiex jiġi evitat kull twaqqif fil katina tal-provista minħabba nuqqas ta’ notifikazzjoni (jew reġistrazzjoni), l-utent downstream għandu jiżgura ruħu li l-produttur ta’ oġġetti fuq fil-katina ta’ provista jikkonforma ma’ REACH.

Sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni

L-użu ta’ xi sustanzi jista’ jkun suġġett għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni. Dan jista’ jkun indikat mill-fornitur, jew f’sezzjoni 15 tal-fuljett ta’ tagħrif dwar is-sigurtà jew bħala parti mill-informazzjoni mogħtija meta fuljett ta’ tagħrif dwar is-sigurtà mhux meħtieġ. Utenti downstream għandhom jiċċekkjaw ukoll l-listi li ġejjin ippubblikati mill Aġenzija: il-lista ta’ sustanzi kandidati għal inklużjoni eventwali f’Anness XIV ta’ REACH (sustanzi suġġetti għal awtorizzazzjoni), ir-rakkomandazzjonijiet għal sustanzi li jridu jiġu inklużi f’Anness XIV (l-ewwel rakkomandazzjonijiet sa l-1 ta’ Ġunju 2009) u Anness XIV innifsu meta disponibbli.
Utent downstream jista’ juża sustanza suġġetta għal awtorizzazzjoni, kemm-il darba dan l-użu ikun konformi mal kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni4 mogħtija lil attur fil-katina ta’ provista. Hu għandu jirraporta lill-Aġenzija ta’ lanqas 3 xhur wara li jirċievi sustanza awtorizzata bħala tali jew fi preparazzjoni. Jekk l-użu tiegħu mhux kopert minn awtorizzazzjoni bħal din, u jixtieq ikompli jużaha, l-utent downstream ikollu bżonn japplika hu nnifsu għal awtorizzazzjoni għal użu tiegħu nnifsu u jekk rilevanti, għal użu tal-klijent tiegħu.
Jekk l-ebda applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ma ssir, l-utent downstream għandu jieqaf juża s-sustanza sad data ta’ nżul ix-xemx5 speċifikata f’Anness XIV u s-sustanza bħala tali jew fi preparazzjoni m’għandiex tingħata wara din id-data.

Sustanza elenkata f’Anness XIV tista’ tintuża għal użi li m’humiex eżentati mill-aworizzazzjoni. Utent downstream għandu għalhekk jiċċekkja jekk l-użu tagħha hux eżentat jew le. Jekk l-użu hu eżentat, jista’ jkompli jużaha mingħajr awtorizzazzjoni. Minkejja dan, għandu jimplimenta l-kundizzjonijiet ta’ użu u miżuri ta’ ġestjoni dwar ir riskju kkomunikati mill-fornitur tiegħu.

Sustanzi suġġetti għal restrizzjoni

Taħt REACH, restrizzjonijiet jistgħu jirristrinġu l-użu ta’ sustanza. Jekk restrizzjonijiet japplikaw għal sustanza, jew waħdeha jew fi preparazzjoni, jew oġġett, l-utent downstream jista’ jkompli jużaha biss jekk jikkonforma ma’ dawn ir-restrizzjonijiet. Il-fornitur għandu jinkludi tagħrif jekk is-sustanza li jissuplixxi hiex suġġetta għar-restrizzjonijiet f’sezzjoni 15 ta’ l iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà. Jekk l-iskeda ta’ tagħrif dwar is-sigurtà mhix meħtieġa, il-fornitur hu meħtieġ li jipprovdi tagħrif dwar kull sustanza suġġetta għal restrizzjonijiniet.
F’xi każijiet, ir-restrizzjoni tista’ tieħu l-forma ta’ projbizzjoni totali dwar l-użu tas-sustanza, f’liema każ l-utent downstream ma jkunx jista’ jibqa’ jużaha (id-data ta’ projbizzjoni hi speċifikata f’Anness XVII ta’ REACH). F’każijiet oħra, użi speċifiċi jistgħu jiġu pprojbiti jew kundizzjonijiet oħra applikati, sabiex jiġu kontrollati r-riskji tas-sustanza. Dwar awtorizzazzjonijiet, l-utent downstream għandu jiċċekkja jekk l-użu tiegħu hux eżentat minn restrizzjoni jew le.


1. REACH joħloq programm ta’ transizzjoni speċjali għal sustanzi li, taħt ċertu kundizzjonijiet, diġà kienu qed jiġu manifatturati jew imqegħda fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament fl-1 ta’ Ġunju 2007. Dawn is-sustanzi msejħa “sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali” qed jiġu suġġetti għas-sistema ta’ reġistrazzjoni f’fażijiet ta’ żmien differenti, pjuttost milli immedjatament f’daqqa waħda. Kundizzjoni minn qabel ta’ siwi mill-programm ta’ transiżżjoni hi r-reġistrazzjoni minn qabl ta’ sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali. Ir-reġistrazzjoni minn qabel iseħħ fil-perijodu ta’ sitt xhur mill-1 ta’ Ġunju 2008 sa l-1 ta’ Diċembru 2008. Sa l-1 ta’ Jannar 2009, l-Aġenzija tippubblika l-lista ta’ sustanzi reġistrati minn qabel fuq il-websajt tagħha. Jekk is-sustanza mhix fil-lista, utent downstream jista’ juri l-interess tiegħu dwarha lill-Aġenzija. L-Aġenzija mbagħad tippubblika fuq il-websajt l isem tas-sustanza. Fuq talba ta’ reġistrant potenzjali, l-Aġenzija għandha tipprovdih bid-dettalji ta’ kuntatt ta’ l-utent downstream. Manifatturi u importaturi ta’ l-ewwel darba ta’ sustanzi b’introduzzjoni gradwali li ma jaqbżux tunnellata metrika fis sena wara 1 ta’ Diċembru 2008 jistgħu jissottomettu reġistrazzjoni minn qabel lill-Aġenzija. Dan b’kundizzjoni li r reġistrazzjoni minn qabel isseħħ fi żmien 6 xhur ta’ l-ewwel produzzjoni/importazzjoni u kemm-il darba d-data ta’ reġistrazzjoni minn qabel hi ta’ lanqas 12-il xahar qabel id-data ta’ skadenza rilevanti ta’ reġistrazzjoni.
2. Ġaladarba r-reġistrazzjoni hi kompleta għal sustanza mogħtija, kodiċi ta’ reġistrazzjoni jiġi assenjat lir-registrant għas sustanza konċernata. Dan għandu jiġi inkorporat fil-fuljett ta’ tagħrif dwar is-sigurtà għal kull forniment wara l-wasla ta’ dak il-kodiċi.
3. Produtturi ta’ oġġetti għandhom jirreġistraw minn qabel/jirreġistraw kull sustanza preżenti fl-oġġetti tagħhom fi kwantitajiet li jittotalizzaw aktar minn tunnellata metrika kull sena u maħsuba biex jiġu rilaxxati taħt kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prvedibbli għal użu, jekk is-sustanza mhix diġà reġistrata għal dak l-użu (’l fuq fil-katina tal-provista jew f’kull katina ta’ provista oħra).
Għandu jiġi nnotat ukoll li l-Aġenzija ikollha mnejn teħtieġ taħt ċertu kundizzjonijiet, ir-reġistrazzjoni għal sustanzi preżenti f’oġġetti imma li m’humiex maħsuba biex jiġu rilaxxati.
4. Il-kodiċi ta’ l-awtorizzazzjoni mogħtija jingħata fit-tikketta kimika.
5. Data ta’ nżul ix-xemx: id-data ta’ meta t-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanza għandu jkun ipprojbit kemm-il darba ma tingħatax awtorizzazzjoni.


Prévention du risque chimique, Franza, 2007
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).