BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Għodod ta’ prevenzjoni > Restrizzjonijiet għal ċertu sustanzi

Restrizzjonijiet għal ċertu sustanzi

   
 

Il-proċess ta' restrizzjoni jirrappreżenta "xibka ta' sigurtà" kontra r-riskji ppreżentati minn ċertu sustanzi perikolużi, taħlitiet jew oġġetti u li mhumiex indirizzati minn proċessi oħra ta' REACH, b'mod partikolari mill- obbligu ta' reġistrazzjoni. Il-lista ta' restrizzjonijiet eżistenti tifforma l-Anness XVII tar-regolament.

Proposti għal restrizzjoni

Meta sustanza tippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa jew għall-ambjent minkejja l-miżuri eżistenti, azzjoni mifruxa mal-Komunità tista' tinbeda. ECHA, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea, jew minn Stat Membru jiġi preparat rapport għal restrizzjonijiet skont Anness XV. Għal sustanza soġġetta għal awtorizzazzjoni, l-Aġenzija tista' wkoll tipproponi restrizzjonijiet jekk hemm riskji li ma humiex ikkontrollati b'mod xieraq meta s-sustanza tiġi użata f'oġġetti.

Hekk kif il-lista ta' relazzjonijiet mħejjija tiġi ppubblikata minn ECHA, partijiet interessati jistgħu jikkomunikaw b'kummenti jew b'tagħrif soċjo-ekonomiku dwar ir-restrizzjonijiet proposti. Jekk jintwera li dawn l-aħħar huma l-aktar miżuri xierqa biex jitnaqqsu r-riskji, il-proċess jimxi 'l quddiem bi dħul ta' restrizzjonijiet.

L-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet

Il-Kumitat rigward l-Istima tar-Riskji u l-Kumitat dwar l-Analiżi Soċjo-ekonomiku jeżaminaw l-inkartament u jifformulaw opinjoni dwar ir-restrizzjonijiet proposti. Dawn l-opinjonijiet jiġu ppubblikati mill-Aġenzija u mibgħuta lill-Kummissjoni li finalment tiddeċiedi jekk temendax jew le Anness XVII billi tadotta restrizzjonijiet ġodda jew temenda r-restrizzjonijiet attwali.

Kontenut ta' Anness XVII

Anness XVII jippreżenta s-sustanzi kollha kkonċernati skont ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet relatati. Dan jinkorpora r-restrizzjonijiet adottati fil-qafas tad-Direttiva 76/769/KEE1 u l-miżuri l-ġodda li jirriżultaw mill-proċedura ta' REACH. Dawn ir-restrizzjonijiet japplikaw għal sustanza waħidha, għal taħlita jew oġġett li fih tkun tinsab is-sustanza, u jistgħu jikkonċernaw l-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew uħud mill-użi tagħha. Ir-restrizzjonijiet jistgħu jwasslu għal sospensjoni tal-produzzjoni u l-użi ta' sustanza.

1. Direttiva dwar ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u taħlitiet perikolużi.

 

logo CNRS

Prévention du risque chimique, Franza, 2007, 2011
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).