BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Tagħrif dwar sustanzi > Identifikazzjoni tas-sustanza

Identifikazzjoni tas-sustanza u l-għoti ta’ isem

   
 

Ir-regolament REACH jiffoka esklussivament fuq sustanzi. Sabiex tiġi żgurata sistema ta’ ħidma xierqa ta’ REACH, l-identifikazzjoni mhux ambigwa tas-sustanza huwa għalhekk essenzjali.


Sustanzi li jaqgħu fl-iskop ta’ REACH

REACH jikkonċerna l-manifattura, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ sustanzi waħedhom, fi preparati (taħlitiet intenzjonali jew soluzzjonijiet magħmula minn żewġ sustanzi jew aktar) u artikli.
Preparati u oġġetti bħala talin mhumiex regolati f’REACH. Għalhekk, sabiex wieħed jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ REACH, u flimkien maż-żieda fl-inventarju ta’ sustanzi waħedhom, manifatturi u importaturi għandu jkollhom lista sħiħa tas-sustanzi kollha preżenti fi preparati u artikli manifatturati jew importati.

F’REACH, sustanza tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew li jinkiseb fi proċess ta’ produzzjoni, li jinkludi kull addittiv meħtieġ li jippreżerva l-istabilità tiegħu u kull impurità li tiġi minn dan il-proċess użat, imma li jeskludi kull solvent li jista’ jiġi separat mingħajr ma jaffettwa l-istabilità tas-sustanza jew bdil fil kompożizzjoni tagħha.

Din id-definizzjoni tmur lil hinn minn kompost kimiku pur imfisser bi struttura molekulari waħda.
Sustanzi fi ħdan l-iskop ta’ REACH huma ġeneralment il-prodott ta’ reazzjoni kimika fil-produzzjoni u jista’ jkollhom kostitwenti distinti multipli. Sustanzi kif imfissra f’REACH, jinkludu wkoll sustanzi derivati kimikament jew iżolati minn materjali li jseħħu b’mod naturali, li jistgħu jikkonsistu minn element jew molekula waħda (e.g. metalli puri jew ċertu minerali) jew diversi kostitwenti.

Xi sustanzi huma eżentati minn REACH jew minn partijiet ta’ REACH (għal aktar tagħrif ara t-tabella Skop tar-regolament REACH).


Diversi tipi ta’ sustanzi

Għal identifikazzjoni u l-għoti ta’ ismijiet f’REACH, sustanzi huma diviżi f’żewġ grupp ewlenin:

  1. “Sustanzi definita sew”: sustanzi li għandhom għamla kwalitattiva u kwantitattiva definita.
  2. “Sustanzi UVCB”: sustanzi ta’ għamla mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti ta’ reazzjoni varjabbli jew materjali bijoloġiċi (Unknown or Variable composition, Complex reaction products or Biological materials).

Varjabilità fl-għamla għal sustanzi definiti tajjeb hi speċifikata bil-limiti ta’ fuq u t’isfel tal-firxa(/firxiet) ta’ konċentrazzjoni(jiet) tal-kostitwent(i) prinċipali. Għal sustanzi UVCB, il-varjabilità hi relattivament kbira u/jew mhix prevedibbli.

Meta reġistrazzjoni hi meħtieġa għal “sustanza definita sew”, din għandha tinkludi l-għamla kimika tas-sustanza, l identità kimika u l-kontenut ta’ kull kostitwent fis-sustanza. Għal xi tipi ta’ sustanzi, l-għamla kimika waħedha mhix biżżejjed għal karatterizzazzjoni u xi parametri fiżiċi addizzjonali dwar strutturi kimiċi għandhom jiġu magħduda ma’ l-identifikazzjoni tas-sustanza (eż. cristallomorfoloġija).

“Sustanzi UVCB” jeħtieġu tipi oħra ta’ informazzjoni għall-identifikazzjoni tagħhom flimkien ma’ dak li hu magħruf dwar l-għamla kimika tagħhom peress li:

  1. l-għadd ta’ kostitwenti huwa relattivament kbir u/jew
  2. l-għamla hi, għal parti sinifikanti, mhix magħrufa u/jew
  3. il-varjabilità ta’ l-għamla hi relattivament kbira jew mhix prevedibbli b’mod tajjeb.

Meta reġistrazzjoni hi meħtieġa għal sustanza UVCB, manifatturi/importaturi għandhom jinkludu l-isem, l-oriġini tas-sors tas-sustanza u l-istadji l-aktar rilevanti meħuda waqt l-ipproċessar. . Karatteristiċi oħrajn tas-sustanza jistgħu wkoll ikunu identifikaturi importanti.

Regoli għal għoti ta’ ismijiet għal sustanzi diversi huma mogħtija fid-dijagramma L-Identifikazzjoni u l-għoti ta’ l isem lil sustanzi.


L-identifikazzjoni ta’ sustanzi ugwali

Manufatturi u importaturi għandhom jistabilixxu jekk is-sustanzi rispettivi tagħhom għandhomx jitqiesu l-istess għall-iskopijiet ta’ REACH. L-identifikazzjoni ta’ sustanzi ugwali huwa importanti għal kondiviżjoni tad-data li jippermetti għal testijiet ristretti fuq is-sustanza u bażati fuq l-identifikazzjoni xierqa tas-sustanza.


Ragruppament ta’ sustanzi relatati strutturalment

F’REACH, l-Anness XI jiftaħ il-possibilità li kimika tiġi evalwata mhux fuq bażi waħedha imma bir-ragruppament ta’ kimiċi flimkien f’kategoriji.
Kategorija kimika hija grupp ta’ kimiċi li l-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u tossikoloġiċi fuq is-saħħa tal bniedem u/jew l-ambjent u/jew il-karatteristiċi ta’ destin ambjentali x’aktarx huma simili jew isegwu skema regolari bħala riżultat ta’ similarità strutturali (jew karatteristika simili oħra). L-użu ta’ l-approċċ ta’ kategorija ser ifisser li jkun possibbli li jiġu identifikati karatteristiċi li huma komuni f’ta lanqas f’xi wħud mill-membri tal-kategorija. L approċċ jipprovdi wkoll bażi biex wieħed jidentifika skemi possibbli fil-karatteristiċi fi ħdan il-kategorija.
Bħala riżultat, huwa possibbli li wieħed jestendi l-użu ta’ dejta mkejla għal kimiċi mhux testjati simili. Stimi li wieħed jista’ joqgħod fuqhom li huma adegwati għal klassifikazzjoni u tikkettar u/jew għall-istima ta’ riskju jistgħu għalhekk isiru mingħajr aktar testijiet.

Għalhekk, Il-manifatturi u l-imporataturi għalhekk għandhom interess li s-sustanzi tagħhom jiġu identifikati korrettament peress li dan jippermettilhom jistabilixxu jekk ragruppament hux possibbli.

logo CNRS

Prévention du risque chimique, Franza, 2007
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).