BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Tagħrif dwar sustanzi > Obbligu ta’ reġistrazzjoni

Obbligu ta’ reġistrazzjoni

   
 

REACH hu bażat fuq il-prinċipju li l-industrija għandha timmanifattura, timporta, tuża sustanzi jew tpoġġihom fis suq b’tali mod li, taħt kundizzjonijiet prevedibbli, is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ma jiġux affettwati b’mod avvers. Sabiex dan jiġi żgurat, manifatturi u importaturi1 jeħtieġ li jiġbru jew jiġġeneraw data fuq is-sustanzi u jassessjaw kif riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jiġu kontrollati billi japplikaw miżuri adattati li jiġġestixxu r riskju.

Sabiex jġi pruvat li filfatt jissodisfaw dawn l-obbligi, kif ukoll minħabba raġunijiet ta’ trasparenza, REACH jesiġi li manifatturi u importaturi jissottomettu lil Aġenzija Ewropea dwar il-Kimika (ECHA) dokument ta’ reġistrazzjoni li jkun fih:

  1. dokument tekniku li jinkludi data fuq is-sustanza
  2. u, għal sustanzi fi kwantitajiet ta’ 10 tunnellatti metriċi jew aktar kull sena lil kull reġistrant, rapport dwar is sigurtà kimika li jassessja kif riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jistgħu jiġu kontrollati.

Sustanzi suġġetti għal reġistrazzjoni

L-obbligi ta’ reġistrazzjoni japplikaw għal sustanzi manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta’ tunnellaġġ metriku wieħed jew aktar kull sena u manifattur/importatur. Ġeneralment, japplikaw għas-sustanzi kimiċi individwali kollha waħedhom jew fi preparati. Japplikaw għal sustanzi f’artikli, jekk is-sustanza hi maħsuba li trid tinħareġ għal użu waqt kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli fuq talba mill-Aġenzija Ewropea tal-Kimika (ara dijagramma Rekwiżiti għas-sustanzi f’artikli).


Sustanzi eżentati minn reġistrazzjoni

Xi sustanzi huma kompletament esklużi minn REACH u għalhekk mir-reġistrazzjoni: sustanzi radjuattivi, sustanzi taħt superviżjoni tad-dwana, intermedjarji mhux iżolati u sustanzi użati għal skopijiet ta’ difiża u koperti b’eżenzjonijiet Nazzjonali. Barraminhekk, l-iskart hu eskluż ukoll peress li mhux sustanza, preparat jew artiklu fit tifsira tal-kelma ta’ REACH.

Sustanzi oħra huma speċifikament eżentati mir-reġistrazjoni meta tapplika leġiżlazzjoni ekwivalenti oħra (sustanzi użati fi prodotti mediċinali,fl-ikel jew f’oġġetti ta’ l-ikel). Barraminhekk, ċertu sustanzi identifikati jew kategoriji ta’ sustanzi minn ċertu proċessi identifikati, huma eżentati mir-reġistrazzjoni. Huma konsidrati li jikkawżaw riskju minimu għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent (sustanzi elenkati f’Anness IV) jew ir-reġistrazzjoni tagħhom hu konsidrat bħala mhux xieraq jew mhux meħtieġ (sustanzi jew proċessi elenkati f’Anness V). F’dan il-perijodu il polimers huma eżentati mir-reġistrazzjoni imma manifatturi u importaturi ta’ polimers jistgħu madankollu jkunu meħtieġa li jipproċedu bir-reġistrazzjoni tal-monomers jew sustanzi oħra użati għal manifattura ta’ polimers (ara tabella Dispożizzjonijiet għal polimers u monomers). Sustanzi riċiklati jew irkuprati li diġa huma reġistrati jew importati mill-ġdid huma wkoll eżentati mir-reġistrazzjoni.

Għal aktar tagħrif, ara t-tabella Skop għar-regolament REACH.


Substances meqjusa bħala reġistrati

Ċertu sustanzi jew użi ta’ sustanzi huma meqjusa li huma reġistrati, u għalhekk l-ebda reġistrazzjoni mhi meħtieġa għal dawn is-sustanzi għal dawn l-użi: Dan japplika għal:

  1. sustanzi attivi fi prodotti bijoċidali,
  2. sustanzi attivi fi prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti,
  3. sustanzi notifikati bħala sustanzi ġodda fis-sistema preċedenti (Direttiva 67/548/KEE2), taħt kundizzjonijiet ta’ tunnellaġġ metriku speċifiku.

L-informazzjoni mogħtija għal dawn is-sustanzi hi ekwivalenti għad-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni. L Aġenzija Ewropea tal-Kimika ġiet inkarigata li għandha tinkludi dawn fid-databases tagħhom.


Sustanzi b’dispożizzjonijiet mfasslin għalihom

Intermedjarji iżolati u sustanzi manifatturati jew importati għall-iskopijiet ta’ riċerka u żvilupp għandhom dispożizzjonijiet mfasslin għalihom fi ħdan il-leġiżlazzjoni ta’ REACH, li jinkludu reġistrazzjoni, kemm-il darba jibqgħu jintużaw f’kundizzjonijiet speċifiċi.
Għal aktar tagħrif, ara d-dijagrammi Dispożizzjonijiet għal intermedjarji iżolati uDispożizzjonijiet għal sustanzi użati għal R u Ż.


Termini perentorji għar-reġistrazzjoni

Sustanzi li jaqgħu fl-iskop tar-regolament REACH u li mhumiex eżentati mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni għandhom jiġu reġistrati qabel ma jistgħu jiġu manifatturati jew importati ġol-Unjoni Ewropea. Madankollu, hemm programm ta’ transizzjoni speċjali għal sustanzi li kienu diġà qed jiġu manifatturati jew importati, taħt ċertu kundizzjonijiet, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ REACH fl-1 ta’ Ġunju 2007. Sustanzi bħal dawn huma msejħa “sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali”, peress li qed jiġu suġġetti għas-sistema ta’ reġistrazzjoni f’fażijiet differenti fuq tul ta’ żmien, aktar milli immedjatament f’darba biss. Kundizzjoni minn qabel sabiex wieħed jibenefika mid-diferiment ta’ reġistrazzjoni hi li s-“sustanza ta’ introduzzjoni gradwali” qed tiġi reġistrata minn qabel bejn l-1 ta’ Ġunju 2008 u l-1 ta’ Diċembru 2008. “Sustanzi li mhumiex introdotti gradwalment” jew “sustanzi introdotti gradwalment” li ma ġewx reġistrati minn qabel, għandhom jiġu reġistrati qabel ma jiġu manifatturati jew importati mal-1 ta’ Ġunju 2008. Innota li sa dak iż-żmien, in-notifika preċedenti ta’ regolamenti dwar sustanzi ġodda jibqgħu japplikaw.


Termini perentorji għar-reġistrazzjoni


Verifika dwar il-kompletezza tad-dokument ta’ reġistrazzjoni

L-Aġenzija Ewropea dwar il-Kimika hi responsabbli għal ġestjoni tad-dokumenti ta’ reġistrazjoni kollha. L-aġenzija ser twettaq verifika ta’ kompletezza sempliċi fl-istadju tas-sosttomissjoni tad-dokument. Il-kwalità ta’ l-informazzjoni mogħtija tista’ tiġi verifikata wara fil-proċess ta’ evalwazzjoni.

 

1. Manifatturi li m’humiex ta’ l-UE jistgħu jaħtru "Rappreżentanti Biss" sabiex jissodifaw l-obbligi ta’ l-importaturi. Rappreżentanti Biss huma persuni naturali jew legali fl-Unjoni Ewropea li għandhom sfond suffiċjenti fil-ġestjoni prattika ta’ sustanzi u l informazzjoni relatata magħhom. Meta Rappreżentant Biss jiġi maħtur, il-manifattur li mhux ta’ l-UE għandu l-obbligu li jinforma l-importatur(i) fl-istess katina ta’ fornimenti dwar il-ħatra. Wara kommunikazzjoni bħal din, ir-Rappreżentant Biss jieħu r-rwol ta’ l importaturi ta’ l-UE u għandu jissodisfa hu l-obbligi ta’ reġistrazzjoni tagħhom.
2. Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-klassifikazzjoni, ippakkjar u t-tikkettar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).



logo CNRS

Prévention du risque chimique, Franza, 2007
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).