BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Stima dwar sigurtà kimika > Stima tal-periklu

Stima tal-periklu

   
 

L-istima tal-periklu hija l-ewwel stadju tal-istima dwar is-sigurtà kimika (CSA).

Hi tikkonsisti minn:

  • Il-ġbir tal-informazzjoni u l-evalwazzjoni;
  • L-identifikazzjoni tal-periklu;
  • Klassifikazzjoni u tikkettar;
  • Derivazzjoni għal-livelli ta' riferiment;
  • Stima ta' PBT u vPvB.

Il-ġbir u l-evalwazzjoni ta' informazzjoni rilevanti huma meħtieġa għar-reġistrazzjoni. Din l-informazzjoni tiġi dokumentata fir-rapport tekniku u r-rapport dwar is-sigurtà kimika meta jkun meħtieġ. It-tip u l-kwantità ta' informazzjoni tiddependi fuq il-kwantità li tiġi manifatturata jew importata.

Stima dwar il-periklu għal saħħet il-bniedem

L-effetti kollha dwar il-profil ta' saħħa u dak tossikukinetiku għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni. Informazzjoni tossikoloġika li hi disponibbli jew prodotta għandha tippermetti li jiġu stabbiliti, għal kull effett fuq is-saħħa, u kull xejra rilevnti ta' espożizzjoni1, il-livell tal-espożizzjoni estern li taħtu effett avvers fuq saħħet il-bniedem mhux mistenni (DNEL). F'każijiet fejn DNEL ma jistax jiġi derivat (pereżempju għall-effett li mhux riferenzjali bħal karċinoġeniċità tossikoloġija), valur semi-kwantitattiv magħruf bħala l-livell minimu derivat ta' effett (DMEL) għandu jiġi stabbilit. Dawn il-livelli huma derivati minn riżultati ta' testijiet tossikoloġiċi u fatturi ta' inċertezza li jiġi minn varjabilità fl-esperimenti minn bejn u fost l-ispeċi.

Stima dwar il-periklu għal saħħet il-bniedem minħabba karatteristiċi fiżjokimiċi

L-effetti potenzjali li ġejjin ta' karatteristiċi fiżikokemikali fuq saħħet il-bniedem għandhom jiġu analizzati:

  • splussività;
  • infjammabilità;
  • potenzjal ossidattiv.

Stima ta' periklu ambjentali

L-istima ta' periklu ambjentali fuq effetti potenzjali fuq ekosistemi f'kull sfera ambjentali (l-ilma, l-arja u l-ħamrija), predaturi fil-katina tal-ikel, u attività mikrobijoloġika ta' sistemi ta' trattament ta' drenaġġ. L-istima ta' periklu ambjentali tippermetti li tiġi stabbilita konċentrazzjoni li inqas minnha effetti avversi fil-qasam ambjentali ta' tħassib mhux mistennija jseħħu (PNEC). Għal kull kompartament ambjentali, PNEC huwa derivat fuq bażi ta' riżultati minn testijiet ekotossikoloġiċi u fattur ta' stima. Aktar mhu estensiv it-tagħrif u aktar kemm ma jdumu ma jitlestew it-testijiet, aktar baxx ikun il-grad ta' inċertezza u d-daqs tal-fattur ta' inċertezza.

Stima ta' PBT u ta' vPvB

Aktar evalwazzjoni ta' dawn il-karatteristiċi hu ġġustifikat peress li l-possibilità ta' effetti fuq tul ta' żmien hu diffiċli biex tipprevedi. L-istima hi maħsuba biex tistabilixxi jekk is-sustanza tissodisfax l-kriterji ta' identifikazzjoni ta' REACH anness XIII għal persistenza, bijoakkumulazzjoni, u tossiċità (PBT) jew persistenti ħafna u bijoakkumulattiva ħafna (vPvB). Jekk hu hekk, l-emissjonijiet kollha tul ħajjet is-sustanza għandhom jiġu kkaraterizzati.

 

Meta sustanza tissodisfa l-kriterji dwar il-klassifikazzjoni bħala perikoluża, jew PBT jew vPvB, ir-reġistrant għandu jwettaq stima tal-espożizzjoni u karatterizzazzjoni dwar ir-riskju bħala parti mis-CSA. Inkella l-pjan tal-istima sikura tal-kimika jispiċċa hawn.

 

1. Xejra dwar l-espożizzjoni: kombinazzjoni tal-frekwenza, it-tul taż-żmien u l-passaġġ tal-espożizzjoni u tal-popolazzjoni li probabbilment tiġi esposta għaliha.

 

CNRS

Prévention du risque chimique, Franza, 2007, 2010
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).