BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Glossarju

   
 

Aġenzija Ewropea dwar il-Kimika (ECHA - European Chemicals Agency)
L-Aġenzija stabilita għall-iskopijiet li tiġġestixxi u f’xi każijiet twettaq aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi tar-Regolament REACH u sabiex tiżgura l-konsistenza fil-livell Komunitarju fir-rigward ta’ dawn l-aspetti. L-Aġenzija tinsab f’Ħelsinki.

Importatur
Tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun responabbli għall-importazzjoni.

Importazzjoni
Tfisser l-introduzzjoni fiżika fit-territorju doganali tal-Komunità.

Manifattur
Tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li timmanifattura xi sustanza fil- Komunità.

Manifattura
Tfisser il-produzzjoni jew l-estrazzjoni ta' sustanzi fl-istat naturali.

Oġġett
Tfisser prodott li waqt il-produzzjoni jingħata forma, wiċċ jew disinn speċjali li jiddeterminaw il-funzjoni tiegħu sa grad akbar milli tagħmel il-kompożizzjoni kimika tiegħu. Eżempji ta’ oġġetti huma karozza u telefown.

Preparat
Tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar

Reġistrant
Tfisser il-manifattur jew l-importatur ta' sustanza jew il-produttur jew l-importatur ta' oġġett li jippreżenta reġistrazzjoni għal sustanza.

Reġistrazzjoni
Ir-reġistrazzjoni hi s-sottomissjoni lill-Aġenzija ta’ dokument tekniku u, jekk meħtieġ, rapport dwar is-sigurtà kimika għal sustanza li qed tiġi manifatturata jew importata fl-Unjoni Ewropea (u fin-Norveġja, l-Islanda u Liechtenstein la darba tiġi implimentata f’dawn il-pajjiżi).

Sustanza
Tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew miksub bi kwalunkwe proċess ta' manifattura, inkluż kwalunkwe addittiv meħtieġ sabiex jippriżerva listabbiltà tiegħu u kwalunkwe impurità li tiġi mill-proċess użat, iżda eskluż kwalunkwe solvent li jista' jiġi separate mingħajr ma tkun milquta l-istabbiltà tas-sustanza jew tinbidel il-kompożizzjoni tagħha.

Sustanza intermedja
Tfisser sustanza li tkun manifatturata għal u kkonsmata fi jew użata għal proċessar kimiku sabiex tinbidel f'sustanza oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ sintesi):
(a) sustanza intermedja mhux iżolata tfisser sustanza intermedja li matul sintesi ma titneħħiex intenzjonalment (ħlief għall-kampjunament) mill-apparat li fih issir issintesi. Dan l-apparat jinkludi r-reċipjent tar-reazzjoni, lapparat anċillari tiegħu, u kwalunkwe apparat li minnu jgħaddu s-sustanza jew sustanzi matul proċess ta' fluss kontinwu jew ta' lottijiet kif ukoll is-sistema tal-pajpijiet għat-trasferiment minn reċipjent għal ieħor għall-iskop ta' l-istadju li jmiss tar-reazzjoni, iżda jeskludi t-tankijiet jew ir-reċipjenti l-oħrajn li fihom jinħażnu s-sustanzi wara l-manifattura;
(b) sustanza intermedja iżolata fuq il-post tfisser sustanza intermedja li ma tissodisfax il-kriterji ta' sustanza intermedja mhux iżolata u fejn il-manifattura tas-sustanza intermedja u s-sintesi ta' sustanza jew sustanzi oħra minn dik is-sustanza intermedja ssir fl-istess post, operata minn entità ġuridika waħda jew aktar;
(ċ) sustanza intermedja iżolata trasportata tfisser sustanza intermedja li ma tissodisfax il-kriterji ta' sustanza intermedja mhux iżolata u trasportata bejn jew provduta lil postijiet oħra

Sustanza mhix introdotta gradwalment
Sustanza li mhix waħda introdotta gradwalment, skond it-tifsira ta’ Artikolu 3.20. Dawk is-sustanzi li mhumiex introdotti gradwalment ma jibbenefikawx mill-programm transizzjonali ipprovdut għal sustanzi introdotti gradwalment taħt REACH u għalhekk iridu jiġu reġistrati qabel ma jibdew jiġu manifatturati jew importati.

Sustanza ta' introduzzjoni gradwali
Tfisser sustanza li tissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
(a) tkun elenkata fl-Inventarju Ewropew ta' sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (EINECS);
(b) ġiet manifatturata fil-Komunità, jew f’pajjiżi li aderew ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 1995, fl-1 ta’ Mejju 2004 jew fl-1 ta’ Jannar 2007, iżda li ma tqiegħditx fis-suq tal-manifattur jew ta’ l-importatur, ta’ l-anqas darba fl-aħħar ħmistax–il sena qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li l-manifattur jew limportatur ikollu evidenza dokumentata dwar dan;
(ċ) tqiegħdet fis-suq tal-Komunità, jew ta’ pajjiżi li aderew ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 1995, fl-1 ta’ Mejju 2004 jew fl-1 ta’ Jannar 2007, qabel id-dħul fisseħħ ta’ dan ir-Regolament mill-manifattur jew millimportatur u ġiet ikkunsidrata bħala li kienet notifikata skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 67/548/KEE iżda li ma tikkonformax mad-definizzjoni ta’ polymer kif stabbilit f’dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li l-manifattur jew l-importatur ikollu evidenza dokumentata dwar dan.

Tqegħid fis-suq
Tfisser li tipprovdi jew li tagħmel disponibbli lil terzi, kemm bi ħlas jew mingħajr ħlas. L-importazzjoni għandha titqies bħala tqegħid fis-suq.

Utent “downstream”
Tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità, minbarra l-manifattur jew l-importatur, li juża sustanza, kemm waħidha jew fi preparat, fl-attivitajiet industrijali jew professjonali tiegħu. Id-distributur jew il-konsumatur mhumiex utenti downstream.

Użu
Tfisser kwalunkwe proċessar, formulazzjoni, konsum, ħażna, żamma, trattament, mili f'kontenituri, trasferiment minn kontenitur għall-ieħor, taħlit, produzzjoni ta' oġġett jew kwalunkwe utilizzazzjoni oħra.