BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Għodod ta’ prevenzjoni > Databases disponibbli pubblikament

Databases disponibbli pubblikament

   
 

REACH tipprevedi aċċess mill-pubbliku tal-informazzjoni marbuta ma' sustanzi li għalih hu jkun espost. Is-sit elettroniku tal- Aġenzija Ewropea dwar il-Kimika (ECHA) tippermetti li jkun hemm aċċess liberu għal informazzjoni mhix kunfidenzjali miżmuma fid-database ta' ECHA, li jinkludi karatteristiċi perikolużi, klassifikazzjoni u tikkettar, użi awtorizzati u miżuri ta' ġestjoni tar-riskju.

Tagħrif miżmum mill-ECHA

Id-database ta' ECHA tiċentralizza tagħrif mogħti għal skopijiet ta' reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni u restrizzjoni. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) nru 1272/2008 jipprevedi li jiġi stabbilit inventarju tal-klassifikazzjoni u tikkettar u li jinżamm mill-ECHA. Fi ħdan il-qafas ta' ħidma tal-avviż dwar il-klassifikazzjoni u tikkettar tas-sustanzi hekk meħtieġ mill-istess regolament, kull manifattur, produttur ta' artikli jew importatur għandu javża lil ECHA l-informazzjoni li ġejja, jekk ma ġiex sottomess diġà bħala parti mir-rapport ta' reġistrazzjoni:

  • l-identità/l-identitajiet tal-manifattur(i), il-produttur(i) tal-oġġett jew l-importatur(i) responsabbli biex iqegħdu s-sustanza(/i) fis-suq;
  • l-identità tas-sustanza(/i);
  • il-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanza(/i);
  • it-tikketta ta' periklu għas-sustanza (/i);
  • il-limiti speċifiċi ta' konċentrazzjoni, meta meħtieġ.

L-Aġenzija għandha tirreġistra jekk, fir-rigward tal-entrata, hemmx klassifikazzjoni armonizzata f'livell ta' Komunità.

Tagħrif disponibbli għal aċċess mill-pubbliku b'mod elettroniku

L-informazzjoni li ġejja dwar sustanzi kemm jekk waħedhom, f'taħlita jew f'oġġetti hija disponibbli pubblikament, mingħajr ħlas, fuq is-sit elettroniku ta' ECHA:

  • l-isem (l-ismijiet) tas-sustanza, ħlief għal xi sustanzi li għalihom talba ta' kunfidenzjalità ġiet sottomessa;
  • il-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanza;
  • tagħrif fiżikokemikali rigward is-sustanza u tagħrif dwar passaġġi u destin ambjentali;
  • ir-riżultat ta' kull studju tossikoloġiku u ekotossikoloġiku;
  • kull livell derivat li ma jħallix effett (DNEL)1 jew konċentrazzjoni preveduta mingħajr effett (PNEC)2;
  • il-gwida għal użu sikur;
  • metodi analitiċi jekk mitluba, b'mod konformi ma' annessi IX jew X ta' REACH li jagħmilha possibbli li tiġi intraċċata sustanza perikoluża meta tiġi mitfugħa fl-ambjent kif ukoll li jiġi stabbilita l-spożizzjoni diretta għal bniedem.

Għajr meta talba għal kunfidenzjalità mill-attur li jissottometti tagħrif hi kkonsidrata ġġustifikata, l-informazzjoni li ġejja għandha wkoll tkun disponibbli:

  • jekk essenzjali għal klassifikazzjoni u tikkettar, il-grad ta' purità tas-sustanza u l-identità tal-impuritajiet u/jew l-addittivi li huma magħrufa li huma perikolużi;
  • il-faxxa tat-tunnellaġġ metriku totali li biha sustanza partikolari tkun ġiet reġistrata;
  • is-sommarji tal-istudju3 jew sommarji tal-istudju robusti4;
  • tagħrif addizzjonali li jingħata fil-fuljett ta' tagħrif dwar is-sigurtà li jtemm it-tagħrif aċċessibbli bla ħlas;
  • l-isem (ismijiet) kummerċjali tas-sustanza.

 

1. DNEL: il-livell ta' sustanza li 'l fuq minnha grupp ta' bnedmin m'għandhomx jiġu esposti għaliha.
2. PNEC: il-konċentrazzjoni ta' sustanza li fil-livell aktar baxx minnha effetti avversi fl-isfera ambjentali mhux mistennija jseħħu.
3. sommarju ta' studju: ifisser ġabra fil-qosor tal-għanijiet, metodi, riżultati u konklużjonijiet ta' rapport komplut ta' studju li jipprovi informazzjoni suffiċjenti sabiex ikun jista' jsir analiżi tar-rilevanza tal-istudju.
4. sommarju ta' studju robust: ifisser ġabra fil-qosor dettaljata3 li jipprovdi tagħrif suffiċjenti sabiex tkun tista' ssir analiżi independenti tal-istudju mingħajr il-bżonn li jkun hemm għalfejn jiġi kkonsultat ir-rapport komplut tal-istudju.

 

CNRS

Prévention du risque chimique, Franza, 2007, 2010
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).