BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
   
 
  Paġna ewlenija > Għodod ta’ prevenzjoni > Klassifikazzjoni u tikkettar

Klassifikazzjoni u tikkettar ta’ sustanzi u preparati

   
 

Attwalment, hemm diversi sistemi ta’ klassifikazzjoni u tikkettar (KuT) differenti ta’ kimiċi użati madwar id dinja. L istess sustanza tista’ tiġi klassifikata bħala “tossika” fl-Istati Uniti, “dannuża” fl-Unjoni Ewropea u “mhux perikoluża” fiċ Ċina. Sabiex jiġi eliminat dan in-nuqqas ta’ qbil u sabiex tiġi rinforzata l-protezzjoni għal persuni u l ambjent fil pajjiżi kollha, ġie deċiż li tiġi żviluppata Sistema Globalment Armonizzata tal-klassifikazzjoni u l ittikkettar (Globally Harmonised classification and labelling System (GHS)) taħt l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Uniti. Il GHS ġie formalment adottat fl-2002 mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (UN ECOSOC) u ġie rivedut fl 2005 u l-2007.
L-għan tiegħu hu li jtejjeb il-komunikazzjoni dwar perikli għal ħaddiema, konsumaturi, persuni li jirrispondu għal emerġenzi u fi transport, permezz ta’ tikketti armonizzati u meta rilevanti, fuljetti ta’ tagħrif dwar is-sigurtà armonizzati.

Implimentazzjoni tal-GHS fl-UE

Il-GHS hu sett ta’ rakkomandazzjonijiet internazzjonali. Għalhekk l-applikazzjoni tiegħu hu b’għażla. Imma bħal maġġoranza tal-pajjiżi, l-Unjoni Ewropea xtaqet li tagħmlu obbligatorju billi ddaħħlu fil-liġi tal-Komunità.
Għalhekk, il-kriterji rilevanti tal-GHS huma għalhekk inklużi b’mod sħiħ fil-leġiżlazzjoni tat-trasport fl-2009. Rigward l forniment u l-użu ta’ kimiċi, il-Kummissjoni Ewropea adottat lejn l-aħħar ta’ Ġunju 2008 ir-regolament Nru 1272/2008 (KE) hekk imsejjaħ “CLP” fuq klassifikazzjoni, tikkettar u ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet dannużi, li fil-perijodu medju jissosstitwixxu s sistema attwali.
Dan ir-regolament iqis il-kriterji ta’ klassifikazzjoni u r-regoli ta’ tikkettar tal-GHS imma wkoll bniet fuq 40 sena ta’ esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità dwar il-kimiċi. Il-livell milħuq ta’ protezzjoni hu miżmum permezz ta’ diversi klassijiet li jagħmlu dannu fil-Komunità li għadhom mhumiex parti mill GHS u billi jinżammu xi regoli attwali tal-klassifikazzjoni u tikkettar. Barraminhekk, il-klassijiet ta’ dannu kollha tal-GHS ġew meħuda mir-regolament imma ċertu klassijiet (livelli ta’ severità ta’ dannu ġewwa kategorija) li mhumiex parti mil leġiżlazzjoni attwali ma ġewx inklużi. Ir-regolament CLP jinkorpora xi klassijiet jew kategoriji ta’ dannu li mhumiex preżenti fil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE għal forniment u użu, imma huma – jew ser ikunu – parti mit trasport tal UE.

CLPCLP

Dettalji tal-implimentazzjoni tar-regolament CLP, li jinkludi fuljett li juri l-evoluzzjoni ta’ klassifikazzjoni u tikkettar għal sustanzi kimiċi, tinsab fit-taqsima ta’ prevenzjoni ta’ riskji kimiċi ta’ CNRS (English).

Konsistenza b’REACH

Ir-regolament CLP jinkludi l-emendi meħtieġa li jridu jsiru għal REACH u sabiex ċertu dispożizzjonijiet ta’ REACH jiġu trasferiti fuqu:

  1. obbligu għal intrapriżi biex jikklassifikaw is-sustanzi u t-taħlitiet tagħhom u biex jinnotifikaw il klassifikazzjonijiet;
  2. lista armonizzata ta’ sustanzi klassifikati fil-livell Kommunitarju għandha tiġi mfassla;
  3. inventarju ta’ klassifikazzjoni u tikkettar, magħmul min-notifikazzjonijiet u klassifikazzjonijiet armonizzati li għalihom saret referenza hawn fuq, għandu jiġi stabilit.

Peress li l-fuljetti ta’ tagħrif dwar is-sigurtà huma l-għodda prinċipali ta’ kommunikazzjoni taħt ir-regolament ta’ REACH, id-dispożizzjonijiet dwar fuljetti ta’ tagħrif dwar is-sigurtà jibqgħu hemm.

Il-bidliet prinċipali introdotti bir-regolament ta’ CLP

Ir-regolament isegwi t-terminoloġija GHS: it-terminu “sustanza” hu miżmum imma “preparat” hu sostitwit b’ “taħlita”; it-terminu “kategorija ta’ periklu” hu sostitwit b’“klassi ta’ dannu”. Il-klassi ta’ dannu tfisser in-natura ta’ dannu fiżiku, għas-saħħa jew l-ambjent. Ċertu klassijiet ta’ dannu jistgħu jinkludu divrenzjar, klassijiet oħra jistgħu jinkludu kategoriji ta’ dannu.
Ir-regolament CLP tiddefinixxi 28 klassi ta’ dannu: 16-il klassi ta’ dannu fiżika, 10 klassijiet ta’ dannu għas-saħħa, klassi waħda ta’ dannu ambjentali u klassi addizzjonali għal sustanzi ta’ dannu għas-saff tal-ożonu. Klassijiet mfissra fuq karatteristiċi fiżiko-kimiċi huma differenti mill-kategoriji attwali ta’ periklu. Huma mibnija fuq klassijiet imfissra fil-leġiżlazzjoni internazzjonali rigward it-trasport ta’ oġġetti perikolużi. Għalhekk, ċertu klassijiet mhumiex magħrufa minn utenti Ewropej. Mill-banda l-oħra, id-danni għas-saħħa hu l-istess għad-danni mfissra fis-sistema attwali anke jekk jiġu organizzati u allokati b’mod differenti fil-klassijiet ta’ danni.

Il-kriterji dwar klassifikazzjoni taż-żewġ sistemi, i.e. regoli użati biex jiddefinixxu li kimika tappartjeni għal klassi ta’ dannu u għal kategorija fi ħdan din il-klassi, jistgħu jvarjaw. Barraminhekk, bidliet f’valuri definiti u metodi ta’ kalkolazzjoni għal taħlitiet probabilment iwasslu biex aktar kimiċi jiġu kklassifikati taħt is-sistema ġdida.

It-tikkettar taħt ir-regolament jinkludi elementi li, għal ħafna minnhom, huwa differenti minn dak attwalment użat fuq il-lantijiet tax-xogħol fl-Ewropa. Informazzjoni meħtieġa tkun l-identifikaturi tal-prodott, l identità tal-fornitur, piktogrammi dwar id-dannu, kliem b’sinjali, dikjarazzjonijiet ta’ dannu u dikjarazzjonijiet prekawzjonarji.

Għal aktar tagħrif, ara l-elementi tat-tikketta għal danni fiżiċi, danni fuq is-saħħa u danni ambjentali.

Transizzjoni bejn iż-żewġ sistemi

Ir-regolament tipprovdi għall-koeżistenza tas-sistemi CLP attwali u waqt il-perijodu ta’ transizzjoni. Sal-1 ta’ Diċembru 2010, tikketti tas-sustanzi jridu jkunu mfassla b’mod konformi mas-sistema ġdida ta’ CLP imma l-klassifikazzjoni taħt is-sistema attwali għandha tiġi msemmija fil-fuljett ta’ tagħrif dwar is-sigurtà mal-ġdid. Sal-1 ta’ Ġunju 2015, intrapriżi inkarigati bit-tikkettar ta’ kimiċi huma liberi li jużaw wieħed miż-żewġ sistemi ta’ taħlitiet. Jekk tintuża s-sistema l-ġdida, it-tikketta trid tiġi preparata b’mod konformi magħha imma ż-żewġ klassifikazzjonijiet għandhom jingħataw fil-fuljett tat-tagħrif dwar is-sigurtà. Sal-1 ta’ Ġunju 2015, intrapriżi inkarigati bit-tikkettar ta’ kimiċi huma liberi li jużaw wieħed miż-żewġ sistemi ta’ taħlitiet.

Prévention du risque chimique, Franza, 2007, 2009
Dan id-dokument qed jingħata għal informazzjoni biss u taħt l-ebda ċiekostanza ma jikkostitwixxi parir legali. L-uniku referenza awtentika legali huwa t-test tar-Regolament ta’ REACH (Regolament (KE) nru 1907/2006).